Mycoplasma Genitalium

X’inhi Mycoplasma genitalium?
Mycoplasma genitalium (MG) hija infezzjoni trażmessa sesswalment, ikkawżata mill-batterju Mycoplasma genitalium.

Kif teħodha l-Mycoplasma genitalium?

  • Kulħadd jista’ jiġi infettat bil-Mycoplasma genitalium. Hija komuni ħafna u tista’ tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali. Tiġi trażmessa permezz ta’ kuntatt ġenitali dirett mal-mukoża ġenitali.
  • Ħafna drabi, din l-infezzjoni ma tippreżentax sintomi, iżda tista’ tikkawża sintomi uroġenitali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Normalment il-pazjent ikun asintomatiku wkoll jekk l-infezzjoni tkun fir-rektum.
  • Tista’ tgħaddi l-Mycoplasma genitalium lil oħrajn mingħajr ma tkun taf.
  • Tista’ jiġi ttrattata u mfejjaq.
  • Jekk ma tikkurax il-Mycoplasma genitalium, dan jista’ jwassal għal problemi serji ta’ saħħa.
  • Anki jekk kellek il-Mycoplasma genitalium qabel, xorta tista’ terġa’ taqbdek.

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju tiegħi għal Mycoplasma genitalium?

  • Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess
  • Ittestja kemm ikun hemm bżonn
  • Illimita n-numru ta’ partners tiegħek
  • Evita s-sess jekk tkun fis-sakra jew użajt drogi illeċiti.

N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess mhux se jipprevjeni l-STIs

X’inhuma s-sintomi tal-Mycoplasma genitalium?
Tista’ ma tkunx taf li għandek il-Mycoplasma genitalium, iżda xorta tista’ tkun infettat/a u tgħaddi l-infezzjoni lil sħab sesswali oħra. Bħall-klamidja, il-gonorrea u STIs oħra, il-biċċa l-kbira tan-nies li għandhom din l-infezzjoni ma jkunux jafu. Madankollu, tista’ tesperjenza:
Sintomi komuni għall-Irġiel:

  • Ħruq ta’ sensazzjoni waqt l-awrina.
  • Tisfija mill-pene.
  • Uġigħ fit-testikoli

Sintomi komuni għan-Nisa:

  • Bidla fil-kulur (għal aħdar oħxon, safrani), riħa, jew żieda tat-tisfija mill-vaġina.
  • Demm bejn period u ieħor.
  • Uġigħ jew demm matul jew wara s-sess vaġinali.
  • Ħruq meta tgħaddi l-awrina.
  • Uġigħ jew skumdità fin-naħa t’isfel taż-żaqq.

Kif nista’ nsir naf jekk għandix il-Mycoplasma genitalium?

  • Tista’ ċċempel lill-Klinika Ġenitourinarja fl-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-outpatients) fuq 25457494/1 għal appuntament.
  • It-tabib jitolbok kampjun tal-awrina, u jistgħu jittieħdu tampuni mill-penis, iċ-ċerviċi, u l-vaġina. Jekk kellek sess orali u/jew anali, jistgħu jittieħdu wkoll kampjuni mill-griżmejn u mill-anus tiegħek.
  • Tista’ tiġi ttestjat għal STIs oħra peress li wieħed jista’ jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.

Meta għandi niġi ttestjat/a?
Jekk għandek xi wħud mis-sintomi u/jew sinjali deskritti, jew kellek kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li huwa infettat bil-Mycoplasma genitalium.

Kif tiġi kkurata l-Mycoplasma genitalium?
Il-kura għall-MG hija kors ta’ pilloli antibijotiċi. Tista’ tintalab tattendi l-GU Clinic diversi drabi biex terġa’ tittestja u tiċċekkja li l-infezzjoni tiegħek tkun marret.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-Mycoplasma genitalium, jekk ma tkunx ittrattata?
F’persuni b’karetteristiċi femminili:

  • L-infezzjoni tista’ tikkawża kumplikazzjonijiet serji tas-saħħa bħall-Mard Inflammatorju Pelviku (PID). Il-PID jista’ jikkawża uġigħ fil-pelvi addominali (uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq/l-istonku) li jista’ jwassal ukoll għal infertilità u tqala ektopika (tqala li sseħħ barra l-ġuf).

F’persuni b’karatteristiċi maskili:

  • Jistgħu jiżviluppaw infezzjoni li tikkawża uġigħ fit-testikoli.
  • Rarament, il-Mycoplasma genitalium tista’ tikkawża wkoll artrite (ġogi minfuħa) u infjammazzjoni tal-għajnejn.

Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar il-Mycoplasma genitalium?

  • Il-partners jista’ jkollhom l-infezzjoni wkoll.
  • Qis li tgħid lill-partners sesswali reċenti tiegħek biex jiġu ttestjati u ttrattati. Jista’ jkollhom il-Gonorrea mingħajr ma jkunu jafu.
  • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lill-partners sesswali tiegħek b’mod kunfidenzjali
  • Jekk xi ħadd jikkondividi l-istatus tas-saħħa sesswali tiegħu miegħek, tiddejjaqx – kun anzi, apprezzah dan il-ġest. Int u l-partner tiegħek tistgħu tiġu ttestjati u ttrattati!

Nista’ nerġa’ neħodha l-Mycoplasma genitalium wara li ġejt ikkurat/a?
Iva, tista’ terġa’ teħodha l-MG minn partner sesswali mhux ittrattat.

Il-Mycoplasma genitalium u t-tqala

  • L-infezzjoni matul it-tqala tista’ tikkawża korriment jew ħlas qabel iż-żmien.
  • Jekk int tqila u tinsab f’riskju li tkun infettat bil-MGa, huwa importanti li tiġi ttestjata u kkurata qabel ma titwieled it-tarbija tiegħek.
  • Ftit li xejn huwa magħruf dwar it-trażmissjoni matul it-twelid. Madankollu, it-tarbija tat-twelid għandha tiġi osservata għal sinjali ta’ infezzjoni fl-għajnejn jew fis-sistema respiratorja.

Il-Mycoplasma genitalium taffettwa r-riskju tiegħi li nieħu l-HIV?
Iva, il-MG iżżid ir-riskju li tal-infezzjoni bl-HIV.

Kif tista’ tiġi evitata l-Mycoplasma genitalium?
MG u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b’suċċess bl-użu ta’ kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:

  • Bl-użu ta’ kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali.
  • Uża kondom biex tgħatti l-pene, jew dam latex jew tal-plastik biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
  • Li ma taqsamx l-użu tal-ġugarelli sesswali, jew inkella aħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b’kondom ġdid qabel ma jużahom xi ħadd ieħor.

Il-MG ma tistax tinqabad mill-bews, it-tgħanniq, li tieħu banju ma’ xi ħadd, mill-pixxini jew mis-sedili tat-toilets.

Meta jista’ nerġa’ jkolli s-sess?
Nagħtuk parir li ma jkollok l-ebda tip ta’ sess (bil-kondoms jew mingħajru) sakemm kemm int kif ukoll is-sieħeb tiegħek ikunu temmew il-kura tiegħek, u s-sintomi tiegħek ikunu spiċċaw.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lill-GU Clinic 25457494/1 għal appuntament.

Referenzi:

https://www.bashhguidelines.org/media/1226/mgen_pil_digital_p2_2019.pdf

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/MycoplasmaLeaflet2017.pdf

https://www.cdc.gov/std/tg2015/emerging.htm#myco

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.