Prostatite

Il-prostatite hija l-infjammazzjoni tal-glandola tal-prostata. Il-prostata hija glandola żgħira li tinsab bejn il-pene u l-bużżieqa tal-awrina u tipproduċi fluwidu li jitħallat mal-isperma biex joħloq is-semen.

Din tista’ sseħħ fi kwalunkwe età iżda l-aktar bejn l-etajiet ta’ 30 u 50 sena.

Hemm 2 tipi ewlenin ta’ prostatite:

  • Prostatite kronika – fejn is-sintomi jiġu u jdumu diversi xhur; l-aktar tip komuni
  • Prostatite akuta – fejn is-sintomi jkunu severi u jiġu f’daqqa waħda; rari, iżda potenzjalment ta’ theddida għall-ħajja u jeħtieġu trattament immedjat

Is-sintomi tal-prostatite jinkludu:

  • Uġigħ madwar il-pene, it-testikoli, l-anus, in-naħa t’isfel taż-żaqq, jew in-naħa t’isfel tad-dahar
  • Uġigħ waqt l-awrina
  • Awrina frekwenti
  • Problemi biex tinbeda l-awrina – “stop-start” jew żamma tal-awrina
  • Ma tħossokx tiflaħ u possibbilment bid-deni

X’jikkawża l-prostatite?
Il-prostatite hija kkawżata minn batterji fil-glandola tal-prostata li jkunu daħlu mill-passaġġ tal-awrina. Jista’ jirriżulta wkoll minn infezzjoni trażmessa sesswalment (eż. il-gonorrea, il-klamidja jew l-HIV) jew infezzjoni fl-apparat tal-awrina.

Trattament
Il-kura għall-prostatite tiddependi fuq jekk għandekx prostatite akuta jew kronika. Dejjem mur għand it-tabib tiegħek minnufih. It-tabib tiegħek jista’ jippreskrivilek trattament ieħor jew jirreferik għal aktar testijiet skont is-sintomi tiegħek.

Madankollu, it-trattament jista’ jinkludi:

  • Antibijotiċi
  • Painkillers

Kawżi tal-prostatite:
Il-prostatite akuta normalment tiġi kkawżata minn batterji fis-sistema tal-awrina li jidħlu fil-prostata.

L-apparat tal-awrina jinkludi l-bużżieqa tal-awrina, il-kliewi, it-tubi li jgħaqqdu l-kliewi mal-bużżieqa tal-awrina (ureteri), u l-uretra.

Fatturi ta’ riskju:

  • Infezzjoni riċenti fl-apparat tal-awrina (UTI)
  • Kateter tal-awrina reċenti
  • Jekk kellek bijopsija tal-prostata
  • Infezzjoni trażmessa sesswalment (STI)
  • HIV jew AIDS
  • Problemi fl-apparat tal-awrina
  • Pelvis midrub
  • Sess anali
  • Kellek il-prostatite qabel
  • Xjuħija
aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.