Infertilità Kkawżata mill-STIs

L-infertilità, li hija ddefinita bħala l-inkapaċità li tikkonċepixxi wara 12-il xahar jew aktar ta’ sess regolari mhux protett, hija tħassib komuni għas-saħħa pubblika madwar id-dinja. Il-klamidja u l-gonorrea huma infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs) li jistgħu jikkawżaw l-infertilità.

Jekk titħalla mhux ikkurata, il-klamidja u l-gonorrea jistgħu jinfirxu fl-utru jew fit-tubi ta’ Fallopju u jikkawżaw mard infjammatorju fil-pelvis (PID), li jista’ jwassal għal infjammazzjoni, feriti, u sadd fl-organi riproduttivi, bħat-tubi ta’ Fallopju. Il-farretti jistgħu isoddu t-tubi, u b’hekk ma jħallux il-bajd jivvjaġġa lejn l-utru. Dawk li ssirilhom ħsara lit-tubi ta’ Fallopju huma wkoll f’riskju ta’ tqala ektopika.

Għalhekk, il-klamidja u l-gonorrea huma kawżi importanti u ewlenin tal-infertilità u li jistgħu jiġu evitati.

Il-klamidja u l-gonorrea huma l-STIs komuni li kull sena qed jiżdiedu f’Malta. Filwaqt li l-klamidja u l-gonorrea jiġu kkurati faċilment bl-antibijotiċi, ħafna nies jistgħu ma jirrealizzawx li għandhom infezzjoni peress li mhux dejjem jidhru s-sintomi. Is-CDC (2021) jirrakkomanda li l-persuni sesswalment attivi kollha li twieldu b’karatteristiċi anatomiċi femminili ta’ inqas minn 25 sena, kif ukoll dawk akbar fl-età b’fatturi ta’ riskju bħal sħab sesswali ġodda jew multipli, jew sħab sesswali b’infezzjoni trażmessa sesswalment, għandu jkollhom ukoll testijiet regolari għall-STI.

Referenzi:
https://www.cdc.gov/std/infertility/default.htm

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.