Dijaframma

X'inhi d-dijaframma?

Id-dijaframmi huma metodi ta’ ostaklu għall-kontraċezzjoni. Id-dijaframma hija tapp wiesa’ tal-lastiku tal-lattiċi jew tas-silikon li tiddaħħal fil-vaġina. Tgħatti l-għonq tal-utru u taġixxi bħala ostaklu għall-isperma u għalhekk tgħin biex tipprevjeni t-tqala. Din mhux disponibbli f’Malta.

Kif taħdem din id-dijaframma?

Id-dijaframmi joqogħdu fil-vaġina u jgħattu l-għonq tal-utru tiegħek. Meta mara tixtieq tuża d-dijaframma, idealment għandha l-ewwel tagħmel eżami vaġinali u mbagħad tiġi mgħallma kif tużaha għall-ewwel drabi minn professjonist tas-saħħa.

Tipi ta' dijaframma:

Hemm tliet tipi ewlenin ta’ dijaframma. Jiġu f’daqsijiet u forom differenti. Id-dijaframmi huma koppli ċirkulari magħmula mis-silikon b’xifer flessibbli.

It-tip jinkludi:

  • Dijaframma ta’ molla ċatta – Hija adattata għal nisa li għandhom l-għonq tal-utru ‘l quddiem jew għan-nofs.
  • Dijaframma b’molla mkebba – Hija adatta għan-nisa li għandhom pubis baxx.
  • Dijaframma b’molla b’forma ta’ arkata – Hija adattata għan-nisa li l-għonq tal-utru tagħhom qiegħed lura, jew għal meta l-mara jkollha diffikultà biex tħoss l-għonq tal-utru.

X’inhi l-effikaċja tad-dijaframmi?
Bl-użu bil-għaqal id-dijaframma hija 94% effettiva meta użata bl-ispermiċida fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu. B’użu tipiku meta mara ma tużax dan il-metodu b’attenzjoni, l-effikaċja hija 84% effettiva meta tintuża bi spermiċida fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena. Ir-rati ta’ falliment tad-dijaframma jiddependu minn kemm il-mara tużahiex b’mod konsistenti u jekk iddaħħalhiex kif suppost u jekk tkunx għattiet l-għonq tal-utru kollu. Fatturi oħra li jinfluwenzaw ir-rata ta’ falliment tal-metodi kollha huma l-età tal-mara u kemm-il darba jkollha x’taqsam sesswalment. Pereżempju jekk il-mara jkollha aktar minn 40 sena u tuża d-dijaframma bħala kontraċettiv, tkun inqas fertili minn mara ta’ 25 sena u għalhekk id-dijaframma tkun mezz ta’ kontraċezzjoni aktar effettiv għaliha. L-użu tal-ispermiċida mad-dijaframma ilu jkun diskuss fost ir-riċerkaturi għax xi wħud jemmnu li din ma tagħmilx differenza kbira. Iżda il-linji gwida attwali jindikaw li għandu jibqa’ l-użu tal-ispermiċida.

Kif indaħħal il-dijaframma?
Iddiskuti mat-tabib jew l-infermiera tiegħek biex juruk kif għandek iddaħħalha qabel tibda tużaha.

  • Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma.
  • Imxi mal-istruzzjonijiet ipprovduti mad-dijaframma.
  • Oqgħod f’pożizzjoni komda, bħal meta se ddaħħal tampun. Jista’ jkollok tinżel ftit b’għarkopptejk mgħawġin jew tpoġġi sieq waħda fuq siġġu.
  • Poġġi ammont żgħir ta’ spermiċida fuq il-wiċċ tal-parti ta’ fuq tad-dijaframma.
  • Poġġi s-saba’ l-werrej fuq il-parti ta’ fuq tad-dijaframma u agħfas id-dijaframma bejn is-saba’ l-kbir u s-swaba’ l-oħra.
  • Żerżaq id-dijaframma fil-vaġina tiegħek ‘il fuq u lura.
  • Mexxi t-tarf tad-dijaframma wara l-għadma pubika tiegħek.
  • Biex id-dijaframma tkun effettiva trid tgħatti l-għonq tal-utru.
  • Jekk ma jirnexxilekx, qabbad sebgħek taħt ix-xifer jew il-ħolqa u iġbed ‘l isfel.

Kemm-il darba tista’ tintuża?
Id-dijaframma hija maħsuba biex tintuża diversi drabi, madankollu, trid tieħu ħsiebha billi taħsilha ħafif bis-sapun u l-ilma, u titnixxef ħalli titħalla tieħu l-forma oriġinali tagħha u tintrefa’ fil-kaxxa tagħha wara l-użu. Għandhom jiġu evitati t-terra, id-deterġenti u l-fwieħa peress li dawn se jaffettwaw il-flora naturali fil-vaġina li twassal għall-infezzjonijiet. Id-dijaframma għandha tinżamm ‘il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett u mis-sorsi tas-sħana għax dawn jistgħu jikkawżaw li d-dijaframma maż-żmien titmermer. Għandha wkoll tiġi ċċekkjata b’mod regolari għal xi toqob peress li dawn inaqqsu l-effettività tagħha. Id-dijaframma trid tinbidel kull sena. Trid tinbidel ukoll f’każ li tiżviluppa xi infezzjoni fil-vaġina ħalli jkunu pprevenuti infezzjonijiet oħra.

Kif noħroġha d-dijaframma?
Id-dijaframma tista’ titħalla ġol-vaġina għal mill-inqas 6 sigħat wara l-att sesswali iżda għal mhux aktar minn 24 siegħa biex jiġi evitat ir-riskju ta’ mard tossiku fil-partijiet ġenitali u li jifformaw ulċeri minħabba l-pressa. Hija rakkomandata l-applikazzjoni ta’ krema jew ġell spermiċidi mal-użu tad-dijaframma. Dan se jagħti protezzjoni kontra l-kontraċezzjoni għal 3 sigħat. Wara 3 sigħat jekk ma jkun sar l-ebda rapport sesswali, ikun hemm bżonn li jiddaħħal iktar spermiċidju, bħal fil-forma ta’ pessarju vaġinali. Imxi mal-istruzzjonijiet fuq il-fuljett ta’ tagħrif ipprovdut mad-dijaframma. Oħroġha ‘l barra bil-mod billi tqabbad sebgħek taħt ix-xifer jew iċ-ċinga u tiġbed ‘l isfel.

X’inhuma l-iżvantaġġi u l-vantaġġi ta’ dijaframma?
Żvantaġġi:

  • Teħtieġ il-motivazzjoni.
  • Trid tintuża b’attenzjoni u b’mod konsistenti għall-aħjar effikaċja.
  • Trid tintuża bi spermiċida li tista’ titqies bħala xi ħaġa maħmuġa.
  • Tista’ żżid ir-riskju ta’ ċistite u infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina.
  • L-ebda protezzjoni kontra l-HIV.

Vantaġġi:

  • Taħt il-kontroll tal-mara.
  • Tista’ tagħti xi protezzjoni kontra l-kanċer ċervikali u xi Infezzjonijiet li Jittieħdu Sesswalment.
  • L-ebda effetti sekondarji sistemiċi.
  • Tipprovdi lubrikazzjoni fil-vaġina.
  • Tista’ tintuża waqt il-menstruwazzjoni.
  • Tagħti permess lill-mara biex tmiss u tesplora l-ġisem tagħha.

Min ma jistax juża d-dijaframma?
Il-biċċa l-kbira tan-nisa jistgħu jużaw dijaframma; madankollu, tista’ ma tkunx tajba għalik fil-każ ta’:

  • Ommijiet tqal.
  • Dmija fil-parti ġenitali mhux dijanjostikata li l-ewwel trid tiġi eżaminata u kkurata.
  • Dgħjufija tal-muskoli vaġinali jew prolassi.
  • Anormalitajiet tal-vaġina jew tal-għonq tal-utru li kienu jeżistu mit-twelid (konġenitali).
  • Allerġija għall-gomma jew għall-ispermiċida.
  • Infezzjonijiet preżenti fil-vaġina, fl-għonq tal-utru jew fil-pelvi li jridu jiġu eżaminati u kkurati.
  • Infezzjoni fil-parti tal-awrina.
  • Każijiet imgħoddija ta’ sindromu ta’ xokk tossiku.
  • Nisa li ma jkunux jistgħu tmissu l-parti ġenitali tagħhom minħabba raġunijiet personali jew reliġjużi.

X’inhuma l-effetti sekondarji tad-dijaframma?

  • Infezzjoni fl-apparat tal-awrina.
  • Sindromu ta’ xokk tossiku – assoċjat mad-dijaframmi li jintlibsu għal aktar minn 30 siegħa.
  • Irritazzjoni vaġinali.

Għadni kif kelli tarbija. Nista’ nuża dijaframma?
Iva, iżda stenna sa mill-inqas sitt ġimgħat wara t-twelid. Jista’ jkollok bżonn dijaframma ta’ qies differenti wara li jkollok it-tarbija. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

Nista’ nuża dijaframma wara korriment?
Iva, jista’ jkollok bżonn dijaframma ta’ qies differenti wara korriment. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

Tlift/żidt il-piż. X’għandi nagħmel?
Jekk tkun żidt jew tlift 3 kg, jista’ jkollok bżonn dijaframma ta’ qies differenti.

Nista’ nieħu banju meta għandi dijaframma?
Le. Aqlagħha bl-ilma jew aħsel l-ispermiċida bl-ilma.

Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment
Dan il-kontraċettiv ma jipproteġik mill-ebda STI. Il-kondoms biss jistgħu jgħinu kontra l-STIs.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.