Vaġinożi Batterika

X’inhi l-Vaġinosi Batterika (bacterial)?
Il-Vaġinosi Batterika hija tip ta’ infjammazzjoni vaġinali kkawżata minn kwantità kbira ta’ ċerti batterji. Tiġi meta jitħarbat il-bilanċ bejn il-batterji “tajbin” u “ħżiena”.

Kif teħodha l-Vaġinosi Batterika?
Mhijiex magħrufa l-kawża preċiża tal-Vaġinosi Batterika (bacterial). Madankollu, hemm fatturi ta’ riskju li jistgħu jwasslu għall-iżvilupp tal-marda. Dawn jinkludu:

  • Jekk tkun sesswalment attiva.
  • Jekk għandek partner sesswali ġdid.
  • Jekk għandek bosta partners sesswali.
  • It-tbaħbiħ (douching). It-tbaħbiħ tal-vaġina bl-ilma jew bis-sapun jista’ jħarbat il-bilanċ naturali tal-batterji fil-vaġina. Dan jista’ jwassal għal żieda fil-batterji anerobiċi u jikkawża l-vaġinosi batterika. Il-vaġina tnaddaf lilha nfisha u m’hemmx bżonn tinħasel.
  • Nuqqas naturali ta’ batterji laktobaċilli. Hemm iktar ċans li tiżviluppa l-vaġinosi batterika jekk ma jkollox biżżejjed “batterji tajba (good bacteria)” protettivi bħal-laktobaċilli (lactobacilli).
  • Is-sess orali.
  • It-tipjip.
  • Jekk ġa għandek STI.
  • Il-Vaġinosi Batterika ma tistax tittieħed mill-pixxini, is-sedili tat-toilet jew mill-friex.
  • Madwar 50% tan-nisa ma jkollhomx sintomi.

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju li niżviluppa l-Vaġinosi Batterika?

  • Ma tagħmilx sess.
  • Tnaqqas in-numru ta’ partners sesswali.
  • Tevita t-tbaħbiħ tal-vaġina.
  • Tuża sew kondoms tal-latex.

Sintomi:
Madankollu, jekk IKOLLOK is-sintomi, dawn jistgħu jinkludu:

  • Vaġina li jkollha riħa ħażina mhux tas-soltu – li spiss tiġi deskritta bħala “riħa ta’ ħut”. Din ir-riħa tkun partikularment prominenti wara s-sess.
  • Tisfija vaġinali li tkun griża jew bajda b’konsistenza rqiqa.
  • Ħakk madwar in-naħa ta’ barra tal-vaġina.
  • Ħruq meta tgħaddi l-awrina.

Kif tiġi ttrattata l-Vaġinosi Batterika?
Il-Vaġinosi Batterika xi kultant tista’ tgħaddilek mingħajr trattament. Madankollu, jekk għandek is-sintomi, importanti żżur il-ġinekologu tiegħek biex tingħata trattament għal din il-kundizzjoni.

Spiss jintużaw l-antibijotiċi biex jittrattaw il-vaġinosi batterika. It-trattament jista’ jnaqqas li jkollok STIs oħra. Il-Vaġinosi Batterika tista’ terġa’ tfeġġ wara t-trattament. Il-partners sesswali rġiel ġeneralment ma jkunux jeħtieġu trattament.

It-trattament huwa indikat speċjalment għal min ikollu s-sintomi, ikun se jagħmel xi operazzjoni, jew bi tqala.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-Vaġinosi Batterika?

  • Nisa tqal li jkollhom il-vaġinosi batterika għandhom aktar probabbiltà li jkollhom tfal li jitwieldu qabel iż-żmien jew b’piż baxx mat-twelid.
  • Il-preżenza tal-vaġinosi batterika żżidlek ir-riskju ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment bħall-HIV, l-HSV, il-klamidja u l-gonorrea. Il-Vaġinosi Batterika żżid ukoll iċ-ċansijiet li tgħaddi STIs bħall-HIV lill-partner tiegħek.
  • Riskju ta’ infezzjoni wara operazzjoni ġinekoloġika – Meta jkollok il-Vaġinosi Batterika, ikun hemm aktar ċans ta’ żvilupp ta’ infezzjonijiet wara operazzjonijiet bħal isterektomija.
  • Marda infjammatorja pelvika (PID). Il-Vaġinosi Batterika tista’ xi drabi twassal għall-PID. Il-PID hija infezzjoni tal-ġuf li tista’ twassal għall-problemi ta’ fertilità.

Referenzi:

https://www.cdc.gov/std/bv/STDFact-Bacterial-Vaginosis.htm

https://pubmed.ncbi.nlm.nih.gov/31901667/

https://www.nhs.uk/conditions/bacterial-vaginosis/

https://tools.cdc.gov/api/v2/resources/media/124250/html?mediatype%3DHTML&mediaid%3D124250&cssclasses%3Dsyndicate&stripscripts%3Dtrue&stripanchors%3Dfalse&stripimages%3Dfalse&stripcomments%3Dtrue&stripstyles%3Dtrue&imagefloat%3Dnone&oe%3DUTF-8&of%3DXHTML&ns%3DBacterial%2520Vaginosis&nw%3Dtru

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.