Metodi tal-Ġbid Lura

X’inhu coitus interruptus?
Magħruf ukoll bħala l-metodu tal-ġbid lura, dan jinvolvi r-raġel joħroġ il-pene mill-vaġina qabel l-eġakulazzjoni, u għalhekk jimpedixxi l-isperma milli tidħol fil-vaġina. M’għandu l-ebda valur ta’ protezzjoni kontra l-STIs u mhuwiex effettiv ħafna għall-prevenzjoni tat-tqala, peress li fluwidu ta’ qabel l-eġakulazzjoni jista’ jkun fih l-isperma.

Xi koppji jsibu dan il-metodu diffiċli ħafna u frustranti biex jagħmlu użu minnu, peress li joħloq xi tensjoni u ansjetà dwar jekk is-sieħeb hux se jirnexxielu joħroġ il-pene fil-ħin. Xi koppji jsibu li dan itellef il-pjaċir sesswali tagħhom. Madankollu, diversi koppji jsibu li dan huwa l-metodu preferut ta’ kontraċezzjoni tagħhom minħabba li m’għandu l-ebda effetti sekondarji u huwa b’xejn.

Vantaġġi u żvantaġġi:
Vantaġġi

  • Jista’ jintuża faċilment.
  • Jista’ jintuża faċilment
  • Ma jaffettwax it-treddigħ
  • Ma jeħtieġ l-ebda konsultazzjoni mal-professjonisti tas-saħħa
  • Aċċettat minn ċerti reliġjonijiet
  • Taħt il-kontroll tal-koppja.

Żvantaġġi

  • Effikaċja baxxa
  • L-ebda protezzjoni kontra l-HIV u Infezzjonijiet oħra li Jittieħdu Sesswalment
  • Jista’ jnaqqas il-pjaċir u jfixkel ħafna l-att sesswali
  • Jista’ jwassal għal disfunzjoni sesswali

Min ma jistax juża l-coitus interruptus?

Persuni li jkollhom eġakulazzjoni kmieni

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.