Herpes Ġenitali

X’inhu Herpes?
Il-herpes ġenitali hija infezzjoni trażmessa sesswalment. Din hija kkawżata mill-virus Herpes Simplex (HSV). Hemm żewġ tipi ta’ viruses: Herpes Simplex tat-tip 1 (HSV1) u t-tip 2 (HSV2). Dawn il-viruses huma simili ħafna għal xulxien u t-tnejn jistgħu jikkawżaw infafet jew ulċeri. Meta dawn jokkorru fuq il-wiċċ huma magħrufa bħala ‘cold sore’ (qisha ponta), u meta jokkorru fuq il-ġenitali jissejħu ‘herpes ġenitali’. Madankollu, iż-żewġ viruses jistgħu jinqabdu fuq partijiet oħra tal-ġisem.

Kif tittieħed il-herpes?

  • Tista’ tgħaddi l-herpes ġenitali lil ħaddieħor mingħajr tkun taf.
  • L-aktar mod komuni huwa permezz tal-kuntatt sesswali, fejn partner minnhom ikollu l-virus.
  • Kulħadd jista’ jeħodha l-herpes. Hija komuni ħafna u tista’ tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali.
  • Jekk persuna jkollha ġerħa fil-ġilda, hemm riskju għoli li tgħaddi l-virus minn dik il-parti.
  • L-aktar mod komuni biex jinqabad l-HSV1 ġenitali huwa permezz tas-sess orali minn persuna li jkollha ‘cold sore’. Jista’ jiġi trażmess ukoll permezz ta’ tnixxijiet ġenitali ta’ persuna li tkun infettata b’HSV ġenitali.
  • Dan jista’ jiġi trażmess permezz tal-bżieq ta’ persuna li tkun infettata bl-HSV orali.
  • L-herpes ġenitali normalment ma tikkawżax problemi serji ta’ saħħa.

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju li nieħu l-herpes?

  • L-aħjar mod kif jiġi evitat il-herpes ġenitali huwa li ma jkollokx sess, jew li tkun f’relazzjoni monogama ma’ xi ħadd li ma jkunx infettat.
  • Il-kondoms jistgħu jnaqqsu r-riskju li tieħu l-herpes ġenitali. Madankollu, il-kondoms jistgħu jipproteġu biss iż-żona tal-ġisem li jkopru. L-ulċeri li jkun hemm fuq żoni mhux koperti bil-kondom jistgħu jinfettaw lill-partner sesswali l-ieħor.
  • Ittestja kemm ikun hemm bżonn
  • Illimita n-numru ta’ partners tiegħek
  • Tagħmilx see jekk tkun xurban/a jew tkun jew użajt drogi illeċiti.

N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess mhux se jipprevjeni l-STIs

X’inhuma s-sintomi tal-herpes?

  • Il-biċċa l-kbira tan-nies ma jkollhomx sinjali jew sintomi viżibbli.
  • Tista’ tkun infettat bil-virus għal żmien twil (ġimgħat, xhur u snin) qabel ma tiżviluppa xi sintomi.
  • Madankollu, is-sintomi tal-herpes ġenitali jistgħu jiżviluppaw ukoll fi żmien erbgħa jew ħamest ijiem minn meta sseħħ l-infezzjoni.
  • Għall-ewwel, għandek mnejn tinnota ħruq jew ħakk fiż-żona ġenitali jew anali. Jista’ jkun hemm nfafet u ponot li mbagħad jinfaqgħu fi żmien ftit jiem qabel ma jiżviluppaw qoxra fuq il-ġerħa ż-żgħira.
  • Meta toħroġ l-ewwel darba l-HSV, jista’ jkollok sintomi simili għal dawk tal-influwenza bħal uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli u deni. Jista’ jkollok ukoll gjandoli minfuħa fir-reġjun tal-groin.
  • Tista’ xxerred l-infezzjoni lejn partijiet oħra ta’ ġismek jekk tħokk l-infafet/il-ponot tmiss parti oħra ta’ ġismek. Tista’ wkoll ixxerridha f’għajnejk.
  • L-irġiel jistgħu jiżviluppaw ponot jew infafet fuq ħalqhom, kuxxtejhom u l-warrani, l-uretra u l-anus , penis u scrotum.
  • In-nisa jistgħu jiżviluppaw bżieżaq/nfafet fuq ħalqhom, kuxxtejhom u l-warrani, l-uretra u madwar il-patata, iż-żona vaġinali, l-għonq tal-utru u l-ġenitali esterni.
  • L-HSV1 jikkawża ‘cold sores’ mal-imnieħer u l-ħalq.

Kif nista’ nsir naf jekk għandix herpes?

  • It-tabib jista’ jkun jaf li għandek infezzjoni tal-HSV billi sempliċiment iħares lejn is-sinjali u s-sintomi tiegħek. Tista’ tittieħed ukoll swab mill-ulċera, flimkien ma’ test tad-demm.
  • Tista’ ċċempel lill-Klinika Ġenitourinarja fl-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-outpatients) fuq 25457494/1 għal appuntament.
  • Tista’ tiġi ttestjat għal STIs oħra peress li wieħed jista’ jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.

Meta għandi niġi ttestjat/a?

  • Għandek tiġi ttestjat/a għal herpes ġenitali malli tesperjenza xi wieħed mis-sintomi.
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess mhux protett ma’ aktar minn partner.

Kif tiġi ttrattata l-herpes?

  • Ma hemmx kura għall-herpes ġenitali, iżda hemm kuri għas-sintomi.
  • L-ewwel darba li turi sintomi ta’ herpes għandek tkellem lit-tabib tiegħek li jtik riċetta għal mediċina antivirali. Il-mediċina ma tneħħix il-virus minn ġismek, iżda twaqqfu milli jkompli jimmultiplika. L-aħjar li tibda l-kura fi żmien 5 jum.
  • Xi mediċini jistgħu jipprevjenu li jitilgħu l-infafet jew iwaqqfuhom aktar malajr.
  • L-applikazzjoni ta’ pakketti tas-silġ mal-infafet (tpoġġix is-silġ direttament fuq il-ġilda, uża biċċa drapp) għal xi żmien tgħin biex ittaffi l-uġigħ u l-ħakk. Id-doċoċ kesħin jistgħu jgħinu wkoll.
  • Tbabħaħ fl-ilma fietel jew bl-Epsom salts u ara li wara tixxotta l-ponta.
  • Jekk tesperjenza uġigħ waqt li tkun qed tgħaddi l-awrina, tista’ tuża doċċa biex tbaħbaħ il-ġenitali tiegħek bl-ilma fietel hekk kif tgħaddi l-awrina. Jekk ma tistax tgħaddi l-awrina għal żmien twil, fittex għajnuna medika minnufih.

Il-ħerpes ġenitali jista’ jerġa jiġik?

  • Xi wħud jilmentaw li l-ponot tal-herpes jerġgħu jiġu. L-ponot ġenitali rikorrenti jistgħu jseħħu aktar spiss b’infezzjonijiet tat-tip 2 milli bit-tip 1. Il-‘cold sores’ tal-HSV 1 huma rrappurtati li jiġu skattati mill-għeja, l-istress, l-immunità baxxa jew l-esponiment għad-dawl UV.
  • Jekk jiġuk ta’ spiss, tista’ tieħu kura preventiva biex trażżan is-sintomi.

Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar il-herpes?

  • Li tgħid lill-partner tiegħek dwar id-dijanjożi tal-herpes tiegħek inaqqas iċ-ċans li tgħaddi l-virus. Jekk il-partner tiegħek kien diġà infettat bl-HSV2, ma tistax terġa’ tgħaddilhom il-virus.
  • Ma tistax tieħu l-herpes ġenitali minn xugamani tal-banju, sedili tat-toilet u pixxini.
  • Jekk beħsiebek ikollok is-sess, ara li tistenna li l-ġilda tiegħek titfejjaq għal kollox. Jekk toqgħod lura mis-sess sakemm jgħaddu s-sintomi, ikun ħafna inqas probabbli li jgħaddi l-virus. Madankollu, xorta tista’ tgħaddi l-infezzjoni anki jekk ma jkollokx ponot.
  • Il-herpes Simplex tat-tip 1 huwa komuni ħafna – il-partner tiegħek jista’ diġà jkollu. Ftit hemm ċans li tinfettahom mill-ġdid.

L-HSV-1 tittieħed l-aktar waqt tifqigħa ta’ sintomi. Madankollu, jista’ jiġi trażmess ukoll meta ma jkunx hemm sintomi viżibbli. Kull min għandu tifqigħa attwali għandu jevita l-kuntatt orali ma’ oħrajn u jikkondividi oġġetti li jkollhom kuntatt mal-bżieq.

Il-herpes u t-tqala

  • Jekk int tqila jew qed tipprova toħroġ tqila u għandek il-herpes, kellem lit-tabib. Jista’ jagħtik parir dwar kif tnaqqas aktar ir-riskju u x’tip ta’ ħlas se jkollok. Tista’ tingħata mediċini antivirali.
  • Jekk mara tieħu l-herpes qabel ma toħroġ tqila, it-tarbija x’aktarx li ma ssirilhiex ħsara. Dan għaliex is-sistema immunitarja tal-omm tkun diġà rrispondiet għall-virus u ffurmat l-antikorpi għalih, li mbagħad jgħaddu għand it-tarbija.
  • Huwa importanti ħafna li ma tiħux il-herpes matul it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek malli tinnota xi sintomi. It-tarbija tista’ tiġi infettata matul it-twelid u tista’ tagħma, ikollha ħsara fil-moħħ jew tmut.

Il-herpes u l-HIV
L-infezzjoni bil-herpes iżżid ir-riskju li jittieħed l-HIV. Hemm konċentrazzjoni għolja ta’ ċelloli immunitarji fejn ikun hemm il-parti infettata mill-herpes. Dawn iċ-ċelloli jiġu attakkati mill-HIV, u għalhekk jekk ponta jew ġerħa tiġi f’kuntatt mal-virus, hemm ċans akbar li tiġi infettat/a.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek
  • Ċempel lill-GU Clinic fuq 25457494/1 għal appuntament


Referenzi:

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/12/Herpes.pdf

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/herpes-simplex-virus

https://www.bashhguidelines.org/media/1039/hsv-pil-2015-screen-friendly.pdf

https://www.cdc.gov/std/herpes/the-facts/default.htm

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/HSVtype1_2017.pdf

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/HSVtype2_2017.pdf

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.