Lubrikanti

X’inhuma l-lubrikanti sesswali?
Il-lubrikanti sesswali (imsejħa wkoll lubrikanti) huma sustanzi użati matul l-attività sesswali biex titnaqqas il-frizzjoni bejn il-partijiet jew l-oġġetti tal-ġisem (bħal ġugarelli sesswali).

Il-ġisem normalment jipproduċi tnixxija li tissejjaħ lubrikant naturali, waqt it-tqanqil sesswali. Il-lubrikant inixxi mill-pene u mill-vaġina u jagħti sensazzjoni ‘niedja’ matul attività ta’ tqanqil u sesswali. Madankollu, xi persuni mhux dejjem jistgħu jipproduċu dan il-lubrikant b’mod naturali u jkunu jeħtieġu lubrikant addizzjonali. It-tnaqqis fit-tnixxija għandu t-tendenza li jkun ir-riżultat ta’ kundizzjoni medika, stress, jew tal-età. Xi atti sesswali jeħtieġu wkoll lubrikant ulterjuri biex tiġi evitata ħsara fit-tessut, pereżempju, matul is-sess anali.

Meta jiġu indikati l-lubrikanti sesswali?
Il-lubrikanti sesswali huma indikati f’każijiet bħal dawn li ġejjin:

Meta tista’ tuża l-lubrikanti sesswali?

X’tip ta’ lubrikanti huma disponibbli?

  • Il-bżieq
  • Lubrikanti b’bażi ta’ żejt (Ma jistgħux jintużaw mal-kondoms tal-latex)
  • Lubrikanti b’bażi ta’ ilma (Jistgħu jintużaw mal-kondoms tal-latex)
  • Lubrikanti b’bażi ta’ silikon (Jistgħu jintużaw mal-kondoms tal-latex)
  • Lubrikanti sesswali ‘speciality’ (il-biċċa l-kbira jistgħu jintużaw bil-kondoms tal-latex)

Huwa importanti li tiċċekkja l-użu minn qabel tal-lubrikanti jekk ikollok allerġija għal xi sustanza fihom. Barra minn hekk, ara li jkunu kompatibbli mal-oġġetti li jkunu qed jintużaw.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.