Ir-Relazzjonijiet u s-Saħħa Sesswali

X’jiddefinixxi relazzjoni?
Ir-relazzjonijiet huma parti integrali minn ħajjitna. Ir-relazzjoni li għandek ma’ sħabek, il-familja tiegħek, il-ġenituri jew il-kustodji tiegħek, u persuni importanti oħra f’ħajtek. Xi relazzjonijiet se jibdew, jiżviluppaw, ikomplu, jew jispiċċaw. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jiżviluppaw biex isiru intimi jew sesswali. Ir-relazzjonijiet pożittivi jgħinuna emozzjonalment u bihom nħossuna konnessi.

Colorful paper chain people on blue background

X’inhi l-importanza tar-relazzjonijiet b’saħħithom għas-saħħa sesswali?
F’dak li għandu x’jaqsam mas-sess, il-komunikazzjoni hija importanti għal relazzjonijiet b’saħħithom, għaliex dawn mibnija prinċipalment fuq il-fiduċja, ir-rispett u l-komunikazzjoni aprta. Sfortunatament, xi drabi l-komunikazzjoni fqira twassal biex l-affarijiet imorru ħażin jew mhux kif mistenni. Relazzjonijiet b’saħħithom jippermettu lilek u lill-partner tibqgħu fil-kontroll tal-ħajja sesswali tagħkom. F’relazzjoni intima, int u l-partner għandkom mnejn tkunu qed taħsbu biex ikollkom relazzjoni sesswali. Id-diskussjoni dwar is-sess mal-partner tiegħek turi rispett għal xulxin u għas-saħħa ta’ xulxin. Huwa essenzjali li l-partijiet kollha jagħtu l-kunsens tagħhom għas-sess u jkunu jistgħu jikkomunikaw dwar sess u kontraċezzjoni aktar sikuri. Is-sess jista’ ma jseħħx immedjatament jew mhux għal kollox. Mhux ir-relazzjoni intimi kollha jwasslu għas-sess.

Aspetti oħra ta’ relazzjoni tajba jinkludu:

  • Appoġġ
  • Kompromess
  • Kumpanija
  • Tħossok libertà li tesprimi ruħek u tkun dak li int
  • Nisimgħu lil xulxin

Uħud mill-fatturi għal relazzjoni ħażina:

  • Nuqqas ta’ komunikazzjoni
  • Ftit li xejn fiduċja fil-partner tiegħek
  • Kwistjonijiet ta’ kontroll
  • Kritika mill-partner u tispiċċa tħossok inutli
  • Il-partner li ma t/jħallikx titkellem ma’ nies oħra
  • Il-partner iġiegħlek ikollok is-sess
  • Il-partner jheddek fiżikament u jbeżżgħek

N.B. Jekk qed tesperjenza mġiba abbużiva mill-partner, ċempel 179 għall-appoġġ (Freephone minn linji fissi u mowbajls) jew ikklikkja fuq: https://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/support-line-179.aspx

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.