Mutilazzjoni Ġenitali Femminili

X’inhi l-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (MĠF)?
Il-MĠF hija proċedura fejn il-ġenitali tipiċi femminili jinqatgħu, issirilhom ħsara, jew jinbidlu għal raġunijiet mhux mediċi.

Għaliex tiġi pprattikata?
Il-MĠF titwettaq f’ħafna pajjiżi bħala parti min-normi soċjali tagħhom, u għandha l-għeruq tagħha fl-inugwaljanza bejn is-sessi. Normalment isir fuq bniet ta’ età bejn it-tfulija u l-15-il sena (qabel il-pubertà). Ir-raġunijiet għall-prattika jvarjaw. Ħafna komunitajiet jemmnu li din il-proċedura tiżgura ż-żwieġ futur ta’ tifla, jew inkella tippreserva l-unur tal-familja. Il-MĠF hija illegali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi bħala forma ta’ abbuż tat-tfal.

Tipi ta’ MĠF
Hemm erba’ tipi ta’ MĠF:

  • Il-qtugħ – it-tneħħija parzjali jew totali tal-klitoris jew tal-labja ta’ ġewwa (ix-xoffa li ddawwar il-vaġina), bi jew mingħajr it-tneħħija tal-labia majora (ix-xoffa l-kbira ta’ barra)
  • Klitoridektomija – it-tneħħija tal-klitoris
  • Tingiż, titqib, qtugħ u tqattigħ, brix jew ħruq tal-ġenitali
  • Infibulazzjoni – it-tidjiq tal-fetħa vaġinali billi jinħoloq siġill li jiġi ffurmat bil-qtugħ u l-ippożizzjonar mill-ġdid tal-labia

X’inhuma r-riskji tal-MĠF?
Ir-riskji tal-mutilazzjoni ġenitali femminili jiddependu fuq is-severità u l-ammont ta’ tessut li tkun saritlu ħsara.
Il-kumplikazzjonijiet ta’ wara l-proċedura jistgħu jinkludu:

  • Uġigħ sever
  • Ħruġ ta’ demm eċċessiv (emorraġija)
  • Nefħa tat-tessut ġenitali
  • Deni
  • Infezzjonijiet eż. tetnu, Epatite B u C, kankrena
  • Problemi urinarji
  • Problemi ta’ fejqan ta’ feriti
  • Feriti lit-tessut ġenitali tal-madwar
  • Xokk
  • Mewt

Kumplikazzjonijiet fit-tul jistgħu jinkludu:

  • Problemi urinarji (urinazzjoni li tikkawża uġigħ, infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina)
  • Problemi vaġinali (tisfija, ħakk, vaġinożi batterika u infezzjonijiet oħra)
  • Problemi mestrwali (mestrwazzjonijiet li jweġġgħu, diffikultà biex jgħaddi d-demm mestrwali, eċċ.)
  • Farretti u cheloids
  • Problemi sesswali (waqt it-tqanqil u waqt l-att)
  • Riskju akbar ta’ kumplikazzjonijiet fit-twelid – fit-tqala, it-treġġigħ lura tal-mutilazzjoni jeħtieġ li jsir qabel 36 ġimgħat ta’ ġestazzjoni għax inkella jkun hemm kumplikazzjonijiet matul it-twelid
  • Il-ħtieġa għal operazzjonijiet oħra – pereżempju, l-issiġillar jew it-tiċrit tal-ftuħ vaġinali jista’ jwassal għall-prattika li tinfetaħ il-vaġina ssiġillata aktar tard sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-att sesswali u t-twelid ta’ tarbija (deinfibulazzjoni). Xi kultant, it-tessut ġenitali jerġa’ jinħiet mill-ġdid bosta drabi, inkluż wara l-ħlas, u għalhekk jgħaddi minn proċeduri ripetuti ta’ ftuħ u ta’ għeluq, u b’hekk ikompli jżid ir-riskji immedjati u fit-tul
  • Problemi ta’ saħħa mentali – l-esperjenza tista’ tkun trawmatika ħafna u ta’ uġigħ, b’mod partikolari jekk issir f’età żgħira fejn it-tfal ma jifhmux x’qed jiġri. Huwa aktar probabbli li persuna turi sintomi ta’ dipressjoni u ansjetà, rabja, immaġni ħażina tal-ġisem, mistħija u għarukaża, u f’xi każijiet, sinjali ta’ trawma. Tista’ wkoll ixxekkel il-pjaċir sesswali, mhux biss minħabba l-ħsara fiżika kkawżata iżda wkoll minħabba l-aspetti emozzjonali.

Il-proċedura tista’ titreġġa’ lura?
L-effetti tal-mutilazzjoni ġenitali femminili jistgħu jissewwew b’mod kirurġiku billi jinfetħu l-labia u jitneħħa t-tessut ferut. Madankollu, is-sensazzjoni ma tistax tiġi restawrata.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.