Tqala fiż-Żgħażagħ

Li ssir ġenitur għandha jkun deċiżjoni li tittieħed meta tkun lesta terfa’ responsabbiltà bħal din, kemm jekk waħdek jew ma’ oħrajn. Dan jiżgura li int tkun tista’ tagħti lit-tfal l-imħabba u l-kura li jeħtieġu. L-użu tal-protezzjoni u l-prattika ta’ sess aktar sikur jiżguraw li inti tikkontrolla l-għażliet tiegħek u l-konsegwenzi li jista’ jkollu fuq il-futur tiegħek li ssir ġenitur.

Jekk tispiċċa tqila hemm għadd ta’ servizzi li jistgħu jappoġġjawk, kemm jekk għażilt li żżomm it-tarbija, kemm jekk tajtha għall-adozzjoni.

Servizz Għożża huwa servizz għall-ġenituri żgħażagħ u l-familji tagħhom. Dan is-servizz joffri appoġġ lill-ġenituri adolexxenti, b’enfasi fuq l-iżvilupp personali, kwistjonijiet ta’ saħħa, edukazzjoni dwar it-tqala, kwistjonijiet ta’ relazzjonijiet, kwistjonijiet soċjali kif ukoll informazzjoni dwar id-diversi professjonisti li jistgħu jgħinu matul it-tqala. Jiġu offruti terapija u konsulenza tal-familja, kif ukoll appoġġ edukattiv kontinwu sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom. Il-ġenituri li jkun se jkollhom tarbija jistgħu jiġu riferuti lil Għożża.

Iktar tagħrif huwa disponibbli fuq: Service Ghozza​ (gov.mt)

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.