Ċirkonċiżjoni

X’inhi ċ-ċirkonċiżjoni?

  • Iċ-ċirkonċiżjoni hija t-tneħħija kirurġika tal-ġilda li tgħatti t-tarf tal-pene.
  • F’ċerti pajjiżi, din il-proċedura hija komuni, speċjalment għas-subien tat-twelid.
  • Minbarra raġunijiet mediċi, din il-proċedura ssir ukoll għal raġunijiet reliġjużi jew kulturali, iġjene personali, jew kura tas-saħħa preventiva. Oħrajn iqisu ċ-ċirkonċiżjoni bħala mhux meħtieġa jew sfiguranti
  • Hemm ukoll xi evidenza li ċ-ċirkonċiżjoni maskili tnaqqas il-probabbiltà li jinġarr l-HPV u li l-partners nisa tagħhom jiżviluppaw kanċer tal-għonq tal-utru (Morris &Hankins, 2017).

Raġunijiet mediċi:

  • Fimożi (Ġilda ssikkata) – meta l-ġilda tkun issikkata wisq biex tinġibed lura minn ras il-pene. Il-fimożi tista’ tkun tweġġa’, speċjalment meta l-pene jqum, u f’każijiet rari jista’ jkun diffiċli li tgħaddi l-awrina.
  • Balanite rikorrenti – infjammazzjoni tal-ġilda u ta’ ras il-pene
  • Paraħimożi – meta l-ġilda ma tkunx tista’ terġa’ lura f’postha wara li tinġibed lura. Dan iwassal biex ir-ras tal-pene tintnefaħ u tweġġa’. Id-demm jinżamm milli jgħaddi lejn il-pene, u għalhekk ikun hemm bżonn kura immedjata.
  • Balanitis xerotica obliterans – il-kundizzjoni li tikkawża l-fimożi. Din tista’ taffettwa r-ras tal-pene, li jkollha l-feriti u tinfjamma
  • Kanċer tal-pene – anormalitajiet jew bidliet fil-pene bħal tumuri, feriti, fsada (demm), tisfija tinten, fimożi, raxx u bidla fil-kulur tal-ġilda

Trattamenti oħrajn:
Qabel ma wieħed imur għaċ-ċirkonċiżjoni, jistgħu jiġu ssuġġeriti trattamenti oħra inqas invażivi u inqas riskjużi, li jistgħu jinkludu kremi, ingwenti, jew ġellijiet topiċi.

X’jiġri matul il-proċedura?

  • Hija proċedura ta’ soġġorn qasir taħt anestesija lokali
  • Titneħħa l-ġilda tat-tarf kollha, u tinkixef ras il-pene
  • Jintużaw ponti li jistgħu jiġu assorbiti. Dawn jisparixxu wara ġimgħatejn jew tlieta

Hemm xi effetti sekondarji?
L-impatt tal-effetti sekondarji jista’ jvarja minn persuna għal oħra. Effetti sekondarji possibbli jistgħu jinkludu:

  • Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti jesperjenzaw nefħa fil-pene, li normalment iddum ftit jiem
  • Żieda fis-sensittività ta’ ras il-pene, li tista’ ddum sa ġimagħtejn
  • Sensazzjoni mibdula jew imnaqqsa b’mod permanenti f’ras il-pene
  • Infezzjoni tal-inċiżjoni li tkun teħtieġ antibijotiċi jew drenaġġ kirurġiku
  • Fsada mill-ferita
  • Nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ kif il-pene jidher kożmetikament

X’għandek tistenna wara l-kirurġija?

  • Jibqa’ jkollok l-erezzjonijiet bħas-soltu wara l-proċedura, iżda għandek toqgħod lura minn kwalunkwe attività sesswali (sess sħiħ jew masturbazzjoni) għal erba’ ġimgħat.
  • Meta jkollok erezzjoni l-ewwel ftit drabi, tista’ tħossok ftit issikkat u skomdu madwar il-ferita tal-operazzjoni li tfiqlek fi żmien ftit xhur
  • Il-proċedura mhux se jkollha effett fuq l-ejakulazzjoni jew il-fertilità tiegħek

Referenzi:
Morris, B. & Hankins, C. (2017). Effect of male circumcision on risk of sexually transmitted infections and cervical cancer in women. Minn https://www.thelancet.com/action/showPdf?pii=S2214-109X%2817%2930386-8

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.