Kappa tal-Għonq tal-Utru

X’inhi l-kappa tal-għonq tal-utru?
Simili ħafna għad-dijaframma nsibu l-kappa tal-għonq tal-utru, li hija iżgħar u magħmula mil-lastiku jew silikon ipoallerġeniku, li tgħatti l-għonq tal-utru biss u tinżamm bil-ġbid tal-arja. Il-kappa tal-għonq tal-utru tgħin biex tevita t-tqala għax taħdem bħala ostaklu, twaqqaf l-isperma u l-bajda milli jiltaqgħu. Il-kappa tal-għonq tal-utru bħalissa mhux disponibbli f’Malta.

Kif taħdem din il-kappa tal-għonq tal-utru?
Il-kappa titqiegħed bl-istess mod bħad-dijaframma. Il-kappa tal-għonq tal-utru toqgħod fil-vaġina u tgħatti l-għonq tal-utru tiegħek. Meta persuna tixtieq tuża l-kappa, idealment għandha l-ewwel tagħmel eżami vaġinali u mbagħad tiġi mgħallma kif tużaha għall-ewwel drabi minn professjonist tas-saħħa. Huma rakkomandati visti u eżamijiet ta’ rutina minn professjonist kull 6 xhur.

Tipi ta’ kapep tal-għonq tal-utru:

  • is-cervical cap hija adattata għal persuna b’għonq tal-utru b’naħat paralleli twal.
  • il-vimule cap hija kombinazzjoni ta’ vault cap u cervical cap li teħel mal-ħajt vaġinali.
  • il-vimule cap hija kombinazzjoni ta’ vault cap u cervical cap li teħel mal-ħajt vaġinali.

X’inhi l-effikaċja tal-kappa tal-għonq tal-utru?
Bl-użu bil-għaqal u b’mod konsistenti l-kappa tal-għonq tal-utru hija 80% effettiva f’nisa li diġà kellhom tarbija qabel u 91% fil-każ ta’ nisa li qatt ma kellhom tfal, meta użata bl-ispermiċida, fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu. Bl-użu tipiku meta persuna ma tużax dan il-metodu bl-attenzjoni, l-effikaċja hija 68% effettiva f’nisa li diġà kellhom tarbija qabel u 84% fil-każ ta’ nisa li qatt ma kellhom tfal meta użata bl-ispermiċida, fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu.

Kif se ndaħħal il-kappa?
Iddiskuti mat-tabib jew l-infermiera tiegħek biex juruk kif għandek iddaħħalha qabel tibda tużaha.

  • Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma.
  • Imxi mal-istruzzjonijiet ipprovduti mal-kappa.
  • Oqgħod f’pożizzjoni komda, bħal meta se ddaħħal tampun. Jista’ jkollok tinżel ftit bl-irkopptejn mgħawġin jew tpoġġi sieq waħda fuq siġġu.
  • Agħmel l-ispermiċida fuq il-wiċċ ta’ fuq tad-dijaframma u fuq il-kanal bejn ix-xifer u l-koppla.
  • Agħfas il-ponta tal-kappa tiegħek b’idek l-oħra u daħħalha mal-ġenb tal-koppla.
  • Imbotta l-kappa ‘l ġewwa fil-vaġina tiegħek.
  • Biex il-kappa tkun effettiva trid tgħatti l-għonq tal-utru. Tibqa’ fil-post bil-ġbid tal-arja.

Kif noħroġha l-kappa?
Il-kappa tista’ titħalla ġol-vaġina għal mill-inqas 6 sigħat wara l-att sesswali iżda għal mhux aktar minn 48 siegħa biex jiġi evitat ir-riskju ta’ mard tossiku fil-parti ġenitali u li jifformaw ulċeri minħabba l-pressa. Hija rakkomandata l-applikazzjoni ta’ krema jew ġell spermiċidi mal-użu tal-kappa tal-għonq tal-utru. Dan se jagħti protezzjoni kontra l-kontraċezzjoni għal 3 sigħat. Wara 3 sigħat jekk ma jkun sar l-ebda rapport sesswali, ikun hemm bżonn li jiddaħħal iktar spermiċidju, bħal fil-forma ta’ pessarju vaġinali. Imxi mal-istruzzjonijiet fuq il-fuljett ta’ tagħrif ipprovdut mal-kappa. Oħroġha ‘l barra bil-mod billi tqabbad sebgħek taħt ix-xifer jew iċ-ċinga u tiġbed ‘l isfel.

X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kappa tal-għonq tal-utru?
Vantaġġi

Żvantaġġi

  • Teħtieġ il-motivazzjoni.
  • Trid tintuża b’attenzjoni u b’mod konsistenti għall-aħjar effikaċja.
  • Trid tintuża bi spermiċida li tista’ titqies bħala xi ħaġa maħmuġa.
  • Tista’ tkun aktar diffiċli biex tiddaħħal u titneħħa minn dijaframma.
  • L-ebda protezzjoni kontra l-HIV u STIs ohra..

Min ma jistax juża l-kappa tal-għonq tal-utru?

  • Il-klijenta ma tkunx tista’ ssib l-għonq tal-utru tagħha.
  • L-għonq tal-utru mhux kompatibbli, eż. fl-għamla, fil-pożizzjoni.
  • Ommijiet tqal.
  • Fsada fil-partijiet ġenitali mhux dijanjostikata li l-ewwel trid tiġi eżaminata u kkurata.
  • Anormalitajiet tal-vaġina jew tal-għonq tal-utru li kienu jeżistu mit-twelid (konġenitali).
  • Allerġija għal-lastiku jew għall-ispermiċida.
  • Infezzjonijiet preżenti fil-vaġina, fl-għonq tal-utru jew fil-pelvi li l-ewwel jridu jiġu eżaminati u kkurati.
  • Każijiet imgħoddija ta’ mard tossiku fil-parti ġenitali.
  • Nisa li ma jkunux jistgħu jmissu l-parti ġenitali tagħhom minħabba raġunijiet personali jew reliġjużi.

X’ inhuma l-effetti sekondarji tal-kappa?

  • Infezzjoni fl-apparat tal-awrina.
  • Mard tossiku fil-partijiet ġenitali – assoċjat mad-dijaframmi li jintlibsu għal aktar minn 30 siegħa.
  • Irritazzjoni vaġinali.

Għadni kif kelli tarbija. Nista’ nuża kappa tal-għonq tal-utru?
Iva, iżda stenna sa mill-inqas sitt ġimgħat wara t-twelid. Jista’ jkollok bżonn kappa ta’ qies differenti wara li jkollok it-tarbija. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

Nista’ nuża l-kappa wara korriment?
Iva, jista’ jkollok bżonn dijaframma ta’ qies differenti wara korriment. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

Tlift/żidt il-piż. X’għandi nagħmel?
Jekk tkun żidt jew tlift 3 kg, jista’ jkollok bżonn kappa ta’ qies differenti.

Nista’ nieħu banju meta għandi l-kappa?
Le. Aqlagħha bl-ilma jew aħsel l-ispermiċida bl-ilma.

Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment
Dan il-kontraċettiv ma jipproteġik mill-ebda STI. Il-kondoms biss jistgħu jgħinu kontra l-STIs.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.