BDSM

X’inhu l-BDSM?
BDSM hija bondage, dominance, and submission / sadomasochism (rbit, dominanza u sottomissjoni / sadomażokiżmu) Din il-prattika s-soltu tinvolvi partners li jieħdu rwol fejn xi ħadd jagħmilha tad-dominanti u l-partner l-ieħor jissottometti għalih. Din il-prattika tinvolvi l-fantasija u l-logħob tal-irwoli. Tista’ tinkludi diskors dwar fantasiji, ilbies ta’ kostumi, jew reċtar ta’ xeni. Il-BDSM jista’ jseħħ fiżikament jew virtwalment. Jista’ jkun sempliċi jew ikkumplikat biżżejjed li jkun jeħtieġ skript sabiex ikunu jistgħu jiġu rreċtati xeni jew fantasiji. Din hija fantasija komuni għal bosta individwi u koppji. Il-BDSM jista’ jseħħ bħala laqgħa soċjali bejn grupp ta’ nies, fejn jistgħu jintużaw sex toys u affarijiet oħra. Il-prattiki tal-BDSM fejn ikun hemm demm, qtugħ, piercing u titqib, fisting u sess ma’ partners diversi iżid iċ-ċansijiet għal STIs (infezzjonijiet trażmessi sesswalment), fosthom l-Epatite u l-HIV.

ATTENTI: Il-logħob tal-BDSM m’għandux isir bl-addoċċ. Importanti tara u titgħallem kif tieħu sehem kif xieraq u b’mod sikur f’din it-tip ta’ espressjoni sesswali.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.