Il-“Coming Out”

Li tgħid lin-nies dwar l-orjentazzjoni sesswali tiegħek hija transizzjoni kbira. Hija deċiżjoni personali ħafna li għandek tieħu biss jekk tħossok lest/a, filwaqt li żżomm f’moħħok li tista’ tkun iebsa meta ma tħossx li tista’ tkun miftuħ/a dwar min tassew int. Importanti li tiftakar li m’għandekx għalfejn ‘toħroġ’ għal kulħadd f’daqqa.

Għalkemm jista’ jkun żmien diffiċli għalik, żomm f’moħħok ukoll li l-aħbar tista’ tkun diffiċli għal dawk li jirċevuha. Tħallix taqtagħlek qalbek din il-ħaġa. Ftakar li, maż-żmien, in-nies se jifhmu u jaċċettaw aktar minn meta tkun għidtilhom l-ewwel darba. Iddeċiedi lil min tixtieq tgħid l-ewwel. Aħseb dwar in-nies li tafda u li taf li se jkunu ta’ appoġġ. Aktar ma jkollok appoġġ, aktar ikun faċli li toħroġ għall-oħrajn. Huwa importanti li n-nies li tgħidilhom ma jgħidux lil ħaddieħor bla ma tkun taf int. Tista’ tiddeċiedi li tgħid lill-ġenituri tiegħek. Xi drabi l-ġenituri jemmnu li rabbew lil uliedhom b’mod li jagħmilhom gay. Dan mhuwiex minnu, u r-riċerka turi li l-fatt li tkun gay huwa ddeterminat minn fatturi bijoloġiċi. Għid lill-ġenituri tiegħek li għandek bżonn l-imħabba u l-appoġġ tagħhom, u li tifhem li jista’ jkollhom bżonn iż-żmien biex jaċċettaw din l-aħbar. Inkella, għall-bidu tista’ toħroġ għand xi ħadd li taf li hu gay. Jista’ jkun li jkunu jistgħu jappoġġjawk u jgħidulek dwar il-proċess tagħhom.

Jista’ jkun diffiċli li toħroġ (il-“coming out”), b’mod partikolari fil-bidu, iżda se ssib li dan iġib miegħu aktar benefiċċji għal ħajtek. M’għandekx għalfejn tħoss li qed taħbi xi ħaġa min-nies ta’ madwarek. In-nies isibu li huma inqas anzjużi wara li jkunu ħarġu

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.