Sifilide

X’inhi s-sifilide?
Is-sifilide hija infezzjoni trażmessa sesswalment ikkawżata mill-batterju Treponema pallidum.

Kulħadd jista’ jaqbdu s-sifilide u ħafna nies li għandhom is-sifilide mhumiex konxji li huma infettati. Jista’ jkollok is-sifilide u ma tinduna bl-ebda sintomu.

Is-sifilide tista’ tiġi ttrattata u kkurata. Jekk ma tingħatax kura għas-sifilide, dan jista’ jwassal għal problemi serji ta’ saħħa.

Kif teħodha s-sifilide?
Is-sifilide tista’ tiġi trażmessa permezz ta’ sess vaġinali, anali u orali mhux protett minn partner mhux ittrattat jew partner ġdid li jkun infettat. Nisa tqal jistgħu jgħadduha lit-tarbija tagħhom, anki jekk ma ma jkunux jafu li ġew infettati. Jekk kellek is-sifilide qabel, xorta tista’ terġa’ tiġi infettat/a.

X’inhuma s-sintomi tas-sifilide?
Is-sintomi tas-sifilide huma l-istess f’kull persuna. Is-sifilide għandha erba’ stadji: primarju, sekondarju, latenti u terzjarju.

Il-perjodu ta’ inkubazzjoni huwa l-perjodu bejn meta l-persuna tkun ġiet esposta għall-organiżmu, f’dan il-każ il-batterju, u l-bidu ta’ sinjali u/jew sintomi.

Vector medical poster syphilis. Symptoms of the disease. .

L-istadju Primarju
Sinjali u Sintomi: Ulċera mingħajr uġigħ, Linfadenopatija reġjonali.
Perjodu ta’ Inkubazzjoni: 3–6 ġimgħat (saħansitra sa 3 xhur).

L-istadju Sekondarju
Sinjali u Sintomi: Raxx aħmar/kannella fuq wiċċ l-idejn u l-qiegħ tas-saqajn, Linfadenopatija, Dbabar bojod fil-ħalq, Deni, Uġigħ ta’ ras, deni, uġigħ fil-griżmejn, Tħoss għeja mhux tas-soltu, Irqajja’ ta’ xagħar li jaqa’ (alopeċja).
Perjodu ta’ Inkubazzjoni: 4 – 10 ġimgħat.

L-istadju Latenti
Sinjali u Sintomi: L-ebda sintomu.
Perjodu ta’ Inkubazzjoni: Kmieni: inqas minn sena, Tard: aktar minn sena.

L-istadju Terzjarju
Sinjali u Sintomi: Anki jekk ma jkun hemm l-ebda sintomu, f’dan l-istadju s-sistema nervuża, il-moħħ, l-għadam jew il-qalb huma affettwati serjament.

Nista’ niġi ttestjat/a?
Iva. It-tabib jista’ jieħu swab tal-ulċera jew test tad-demm.

Għandi bżonn niġi ttestjat/a?

  • Jekk għandek xi wieħed mis-sinjali u/jew sintomi ta’ hawn fuq.
  • Jekk kellek jew ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett.
  • Jekk ikollok sess mhux protett ma’ aktar minn partner wieħed.
  • Jekk ikollok ulċera li tista’ tkun kkawżata mis-sifilide, hemm bżonn ta’ swab biex tinduna biha. Ikun meħtieġ ukoll test tad-demm. Tintalab tiġi ttestjat/a mill-ġdid anke wara d-dijanjożi u t-trattament biex tiċċekkja li tkun irkuprajt għal kollox.

X’inhu t-trattament għas-sifilide?
Huwa importanti li tirċievi l-kura malajr kemm jista’ jkun. L-infezzjoni tista’ tikkawża problemi serji tas-saħħa u kumplikazzjonijiet jekk tibqa’ mhux ikkurata. Is-sifilide tiġi ttratata u kkurata bl-antibijotiċi.

Għandi jkolli sess jekk għandi sifilide?
Għandek tevita s-sess sakemm kemm int kif ukoll il-partner tiegħek tkunu lestejtu l-kura u s-sintomi kollha jkunu telqu, sabiex ma tinfettawx lil ħaddieħor jew lil xulxin. Huwa importanti li ssegwi l-parir tat-tabib tiegħek.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet possibbli tas-sifilide?
Is-sifilide tibqa’ f’ġismek jekk ma tiġix ittrattata. Mingħajr kura, is-sifilide tista’ tinfirex fid-demm u tagħmel ħsara lil partijiet oħra tal-ġisem, bħall-għadam, il-qalb u l-moħħ.

Is-sifilide taffettwa r-riskju tiegħi li jkolli l-HIV?
Iva, is-sifilide żżid r-riskju tal-infezzjonia bl-HIV.

Jista’ jerġa’ jkolli s-sifilide wara li l-kura?
Iva, tista’ terġa taqbdek is-sifilide. Tista’ teħodha minn partner sesswali mhux ittrattat.

Is-sifilide u t-tqala
Kull persuna tqila f’Malta tiġi ttestjata għas-sifilide. Xorta tista’ tieħu s-sifilide waqt it-tqala jekk tibqa’ attiva sesswalment. Jekk int tqila u għandek is-sifilide, tista’ tgħaddi l-infezzjoni lit-tarbija tiegħek. Il-kura tista’ tingħata b’mod sikur matul it-tqala.

Sifilide mhux ikkurata tista’ twassal għal problemi serji bħal korriment, tarbija mwielda mejta jew tarbija ssofri minn mard serju (sifilide konġenitali).

Jekk int tqila u taħseb li jista’ jkollok is-sifilide, ara lit-tabib minnufih għaliex tista’ tgħaddi l-infezzjoni lit-tarbija tiegħek waqt it-tqala.

Għandi bżonn ngħid lil-partner tiegħi?
Huwa importanti li tipproteġi u tinforma lill-partner sesswali attwali tiegħek u lill-partner/s sesswali preċedenti tiegħek li ttestjajt pożittiv għas-sifilide u li qed tirċievi trattament. Jekk għandek is-sifilide, huwa possibbli li l-partners sesswali tiegħek ikollhom is-sifilide ukoll. Għandek tiġi ttestjat/a wkoll għal STIs oħra.

Jekk xi ħadd jikkondividi l-istatus tas-saħħa sesswali tiegħu miegħek — tiddejjaq xejn! Int u l-partner tistgħu tiġu ttestjati u ttrattati!

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lill-GU Clinic fuq 25457494/1.

Referenzi:

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/Syphilis2017.pdf

https://www.bashhguidelines.org/current-guidelines/genital-ulceration/syphilis-2015/

https://www.cdc.gov/std/syphilis/default.htm

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.