Pillola tal-Proġesteron Waħdu

Il-Pillola tal-Proġestoġen Waħdu (POP) hija magħrufa b’mod komuni bħala l-“mini-pill”, u tagħti l-impressjoni li hija pillola kontraċettiva b’effikaċja baxxa. Il-POP għandha ħafna vantaġġi fuq metodi oħra li ħafna drabi jiġu sottovalutati.

Kif taħdem il-POP?
Fiha biss l-ormon proġestoġen u tipprevjeni t-tqala b’diversi modi, billi:

  • Tħaxxen il-mukus tal-għonq tal-utru, li ma jħallix l-isperma tgħaddi minnu.
  • Tnaqqas xi ċikli tal-ovulazzjoni.
  • Ma tħallix l-impjantazzjoni ssir mal-endometriju.
  • Tnaqqas il-funzjoni tat-tubu fallopjan.

Kemm hi effettiva l-POP?
L-effikaċja tal-POP hija bejn 96% u 99% fil-prevenzjoni tat-tqala. Dan ifisser inqas minn mara waħda (1) minn kull 100 li jużaw il-pillola tal-proġestoġen waħdu bħala kontraċezzjoni se tinqabad tqila f’sena 1. Jekk tintuża b’mod konsistenti u korrett l-effikaċja tkun ogħla, iżda għall-użu tipiku l-effikaċja tkun aktar baxxa; dan jista’ jkun minħabba li persuni ma jkunux qed jieħdu l-pilloli tagħhom fil-ħin. Ir-riċerka wriet ukoll li jekk mara tkun itqal minn 70kg hemm tendenza li tindika li r-rata ta’ falliment hija ogħla.

Meta nista’ nibda l-pillola?

  • Tista’ tibdieha llum jekk tkun qed tredda’ għal mill-inqas 6 ġimgħat.
  • Jekk ma tkunx qed tredda’, tista’ tibdieha fi kwalunkwe ġurnata taċ-ċiklu mestruwali jekk il-professjonist tal-kura tas-saħħa jiżgura li m’intix tqila.

Kif għandi nieħu l-pillola?
Il-POP fiha l-istess ammont ta’ proġestoġen fil-pakkett kollu u għandha tittieħed kuljum. Għandha tinbeda fl-ewwel jum tal-mestruwazzjoni tal-mara mingħajr l-ebda prekawzjoni żejda meħtieġa. Il-POP tittieħed kuljum mingħajr pawżi ta’ waqfien. Ladarba tkun ħadt il-pilloli kollha fil-pakkett, l-għada ibda pakkett ġdid.

Jekk nieħu mediċini oħra dan jaffettwa l-POP?
Meta tkun qed tieħu aktar minn 2 mediċini fl-istess ħin, xi kultant jista’ jkun hemm interazzjoni bejniethom. Dawn jistgħu jaffettwaw lill-POP u jwaqqfuha milli taħdem kif suppost. Huwa importanti li tikkonsulta mal-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek għal gwida. Tista’ tingħata parir biex tuża forma alternattiva jew addizzjonali ta’ kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu xi waħda mill-mediċini.

Jekk nieħu mediċini oħra dan jaffettwa l-POP?
Meta tkun qed tieħu aktar minn 2 mediċini fl-istess ħin, xi kultant jista’ jkun hemm interazzjoni bejniethom. Dawn jistgħu jaffettwaw lill-POP u jwaqqfuha milli taħdem kif suppost. Huwa importanti li tikkonsulta mal-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek għal gwida. Tista’ tingħata parir biex tuża forma alternattiva jew addizzjonali ta’ kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu xi waħda mill-mediċini.

X’għandha tagħmel il-mara meta tinsa tieħu l-pillola, tirremetti, jew ikollha dijarea qawwija?
Jekk mara jkollha dijarea qawwija jew rimettar fi żmien 3 sigħat minn meta tieħu l-pillola tagħha u ma tiħux oħra, ikollha bżonn tuża prekawzjonijiet addizzjonali (bħal kondoms) waqt li jkollha d-dijarea u r-rimettar għas-7 ijiem ta’ wara. Iżda jekk ikun hemm xi possibbiltà ta’ tqala, m’għandhiex teħodha.

X’inhuma l-vantaġġi tal-pillola?

  • Ma tnaqqasx il-ħalib fis-sider, għalhekk hija adatta għal ommijiet li jkun qed ireddgħu.
  • M’hemmx evidenza ta’ żieda fir-riskju ta’ mard tal-qalb.
  • M’hemmx evidenza ta’ żieda fir-riskju ta’ trombożi fil-vini.
  • M’hemmx evidenza ta’ żieda fir-riskju ta’ pressjoni għolja.
  • M’hemmx bżonn titwaqqaf qabel operazzjoni.
  • Ma tiġix affettwata mill-firxa wiesgħa ta’ antibijotiċi, jekk dejjem tittieħed fl-istess ħin.
  • Tajba għal persuni bid-dijabete jew dawk li jbatu minn migranji b’uġigħ f’parti speċifika tar-ras.
  • Tnaqqas l-uġigħ mestruwali eċċessiv.
  • Tista’ ttaffi s-sintomi ta’ qabel il-mestruwazzjoni.
  • Tajba għal persuni li ma jistgħux jieħdu l-estroġenu.

X’inhuma l-iżvantaġġi tal-pillola?

  • Biex tkun effettiva jeħtieġ li tittieħed kif suppost, fl-istess ħin kuljum.
  • Tista’ tikkawża ċiklu mestruwali irregolari.
  • Numru żgħir ta’ persuni jiżviluppaw ċesti funzjonali fl-ovarji.
  • Jekk il-POP ma tirnexxix, tista’ żżid iċ-ċans ta’ tqala barra mill-utru.
  • Il-POP tista’ tħalli effett fuq il-kanċer tas-sider.

Kulħadd jista’ juża l-pillola?
Il-pillola tista’ ma tkunx tajba għalik jekk:

  • Inti Tqila.
  • Għandek dmija mill-parti ġenitali mhux eżaminata.
  • Kellek jew għandek każijiet imgħoddija jew attwali ta’ mard serju fl-arterji.
  • Għandek difetti severi fil-lipidi.
  • Kellek mard reċenti fiċ-ċelloli tal-utru tal-mara (trophoblastic disease).
  • Kellek effetti sekondarji serji mis-COC, li mhumiex minħabba l-estroġenu.
  • Kellek każijiet imgħoddija ta’ tqala barra mill-utru.
  • Għandek mard tal-fwied, adenoma tal-fwied jew kanċer.

Hemm xi effetti sekondarji?
Tista’ tħoss l-effetti sekondarji li ġejjin:

  • Ċesti funzjonali fl-ovarji.
  • Sensittività fis-sider.
  • Akne.
  • Depressjoni
  • Żieda fit-tkabbir tax-xagħar.
  • Varjazzjonijiet fil-piż.
  • Dardir
  • Dmija irregolari.
  • Nuqqas ta’ mestruwazzjoni.

X’inhuma r-riskji?
B’mod ġenerali, il-pillola tal-proġestoġen waħdu hija sikura biex tittieħed.

  • Ċesti ovarji – xi persuni jistgħu jiżviluppaw ċesti mimlijin bil-fluwidu fl-ovarji tagħhom.
  • Riskji tal-kanċer – ir-riċerka qed tkompli teżamina l-konnessjoni dwar jekk il-kanċer huwiex assoċjat mat-teħid tal-POP.

Minn fejn nista’ nakkwista l-pillola tal-proġestoġen waħdu?

  • Tista’ tkellem lit-tabib tal-familja tiegħek u jiggwidak hu.
  • Konsultazzjoni tal-ġinekologu jew kull klinika oħra tas-saħħa sesswali li toffri pariri dwar il-kontraċettivi.

Nista’ nuża l-pillola wara korriment?
Tista’ tibda tieħu l-pillola sa 5 ijiem wara korriment. Jekk tibda l-pillola aktar minn 5 ijiem wara l-korriment, uża kontraċezzjoni addizzjonali sakemm tkun ħadt il-pillola għal jumejn. Importanti li tikkonsulta mat-tabib għal pariri u gwida.

Għadni kif kelli tarbija. Nista’ nibda tuża l-pillola?
Jekk għadek kemm kellek tarbija, huwa rrakkomandat li tistenna sal-21 jum wara t-twelid. Dejjem iċċekkja mat-tabib tiegħek għal gwida. Jekk tibda l-pillola aktar tard minn 21 jum, se jkollok bżonn kontraċezzjoni addizzjonali bħal kondoms għas-7 ijiem li jmiss. Jekk qed tredda’, il-pillola tal-proġestoġen waħdu hija sikura biex tintuża. Ammonti żgħar ta’ proġestoġen jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider tiegħek, iżda mhumiex ta’ ħsara għat-tarbija tiegħek.

Nista’ naqleb għal pillola differenti?
Iva, tista’ taqleb għal pillola differenti, madankollu, importanti li titlob parir mingħand il-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek u jiggwidak meta twaqqaf u tibda l-pillola l-ġdida.

Nista’ ninqabad tqila meta nwaqqaf il-POP?
Meta tieqaf tieħu l-pillola, il-fertilità terġa’ lura għal dik li hi normali għalik. Il-perjodi tiegħek jistgħu ma jibdewx immedjatament. It-tqala tista’ sseħħ hekk kif tieqaf tieħu l-pillola.

Jekk ma tridx tinqabad tqila u reċentement kellek x’taqsam sesswalment, fittex parir għax qiegħda f’riskju li tinqabad tqila.

Kemm għandi mmur għal vista ta’ spiss?

  • Meta mara tibda l-POP, hija għandha terġa’ tmur għal vista ta’ segwitu fi żmien 3 xhur jekk ma jkunx hemm problemi, imbagħad għandha tmur għal eżami sħiħ kull 6 xhur.
  • Staqsi għall-parir mingħand il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek meta għandek tagħmel l-appuntament li jmiss.
  • Tista’ tibda billi tieħu l-pillola u ssegwi l-istruzzjonijiet.
  • Meta tibda l-kontraċezzjoni orali, ir-riskji flimkien mal-benefiċċji għandhom jiġu diskussi kollha mat-tabib ħalli tifhem u tiżen sew ir-riskji u l-benefiċċji tal-pillola kontraċettiva.

Jekk ikun qed nieħu l-POP, jiena protetta minn Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment?
Le, il-kondoms tal-irġiel u tan-nisa biss (meta jintużaw b’mod korrett u konsistenti) jipproteġuk mill-STIs.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.