Epatite C

X’inhi l-epatite (hepatitis)?
Epatite tfisser infjammazzjoni tal-fwied. Jeżistu tipi differenti ta’ Epatite, iżda dan il-fuljett ser jiffoka biss fuq l-Epatite Ċ.

X’inhi Epatite Ċ?
Epatite Ċ hija marda tal-fwied ikkawżata mill-virus tal-Epatite Ċ. Hija tista’ tkun akuta jew kronika. Il-persuni li jkunu ilhom infettati inqas minn 6 xhur, ikunu qegħdin ibatu minn Epatite Ċ akuta. Ġeneralment, huma ma juru l-ebda sinjal jew sintomu. Madwar 20% tal-persuni nfettati jeħilsu mill-virus fi żmien 6 xhur u ma jkollhomx konsegwenzi fit-tul. It-80% li jifdal tal-persuni infettati jiżviluppaw Epatite Ċ kronika. Dawn il-persuni infettati jġorru l-virus għall-bqija ta’ ħajjithom u jibqgħu infettivi u f’riskju għall-oħrajn jekk ma jieħdux il-kura.

X’inhuma s-sintomi tal-Epatite Ċ?
Jista’ jkun li ma jkollokx sintomi u ma tkunx taf li inti infettat(a). Jekk jidhru xi sintomi, għall-ewwel dawn jistgħu jkunu simili għall-mard tal-influwenza.

Hepatitis liver. Symptoms of hepatitis C in the form of color icons with corresponding marks. Vector illustration in flat style isolated on white background.

Meta jibdew jidhru s-sintomi?
Il-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jkollhomx sintomi. Is-sintomi jibdew jidhru fi kwalunkwe ħin bejn ġimgħatejn u 6 xhur wara l-infezzjoni. Madankollu, is-sintomi jistgħu jiżviluppaw ħafna snin wara bil-possibbiltà li l-ħsara fil-fwied tkun diġà fi stadju avvanzat.

Jeżistu tipi differenti ta’ Epatite Ċ?
Iva, hemm 4 tipi ta’ virus tal-Epatite Ċ magħrufa bħala ġenotipi. It-tabib tiegħek jiggwidak u jgħidlek b’liema virus inti infettat(a) wara li jsirlek test tad-demm.

L-Epatite kif tiġi mgħoddija minn persuna għal oħra?
Il-virus tal-epatite Ċ jiġi mgħoddi minn persuna għal oħra prinċipalment permezz ta’ demm li jkun infettat.

L-attivitajiet ta’ riskju għoli jinkludu:

  • Użu tal-istess oġġetti (siringi, imgħaref għat-tisħin tad-droga u tagħmir għall-ġbid tad-droga mill-imnieħer)relatati mal-abbuż tad-droga bejn persuni nfettati . Dan huwa l-aktar mod komuni kif in-nies jiġu infettati.
  • L-użu ta’ tagħmir mhux sterilizzat għat-tatwaġġ, għall-akupuntura jew għat-titqib tal-imsielet (huwa importanti li għal dawn is-servizzi tmur fi stabbilimenti li huma rreġistrati mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika).

L-attivitajiet ta’ riskju ta’ livell baxx sa medju jinkludu:

  • Użu ta’ l-istess jew in-nuqqas ta’ rimi ta’ provvisti li jintużaw għall-iġjene personali bħal xfafar tal-leħja u xkupilji tas-snien ta’ persuni infettati.
  • Meta persuna tiġi esposta għal demm waqt sess mingħajr protezzjoni ma’ persuna infettata. It-trażmissjoni sesswali hija mod xejn komuni ta’ kif persuna tiġi infettata bl-Epatite Ċ. Madankollu, hemm riċerka li turi li rġiel li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ rġiel oħrajn (MSM), li jkunu ttestjaw pożittiv għall-HIV u li jkollhom aktar minn sieħeb sesswali wieħed, għandhom riskju akbar li jiġu infettati bl-Epatite Ċ.
  • Meta persuna tweġġa’ bil-labar f’ambjenti tal-kura tas-saħħa.
  • Miżuri mhux ta’ livell li jipprevenu t-tixrid ta’ mard infettiv bhal tagħmir ikkontaminat u sterilizzat b’mod inadekwat li jiġi użat fi proċeduri mediċi u dentali.
  • Minn omm infettata lit-tarbija tagħha waqt it-twelid. Dan il-mod huwa rari ħafna.

Kif ma tiġix mgħoddija l-Epatite Ċ minn persuna għal oħra
L-Epatite Ċ tiġi trażmessa biss permezz ta’ demm infettat. Hija ma tgħaddix minn persuna għal oħra permezz tal-bews, it-tgħanniq, meta persuna tieħu b’idejn persuna oħra, meta persuna tiekol mill-istess platt jew tixrob mill-istess tazza.

L-Epatite tista’ tiġi kkurata?
Iva! Aktar minn 90% tal-każijiet tal-Epatite jistgħu jingħataw trattament u jiġu kkurati. Trattamenti ġodda li jinstabu Malta u huma anke offruti mill-Gvern Malti, jikkġunaw ftit li xejn effetti sekondarji . L-informazzjoni kollha rigward it-trattament tista’ tiġi diskussa mat-tabib tiegħek.

Kif tista’ tiġi evitata l-Epatite Ċ?
Ma jeżisti EBDA vaċċin sabiex tiġi evitata l-Epatite Ċ, iżda dejjem hemm modi kif tista’ tnaqqas ir-riskju li tiġi infettat(a).

  • Tużax l-istess labar, mgħaref jew prattiċi ta’ ġbid tad-droga mill-imnieħer ma’ persuni oħrajn għall-użu tad-droga.
  • Evita li tuża jew issellef xfafar tal-leħja, xkupilji tas-snien jew oġġetti personali ta’ oħrajn li jinvolvu kuntatt ma’ demm infettat.
  • Dejjem uża l-kontraċettivi (kondoms) għall-atti sesswali.
  • Mur fi stabbilimenti li jipprovdu servizzi ta’ tatwaġġ, akupuntura jew titqib tal-imsielet illi għandhom il-liċenzji neċessarji.

Appoġġ u Kuntatti

Referenzi:

https://www.cdc.gov/knowmorehepatitis/media/pdfs/FactSheet-Boomers.pdf

https://www.cdc.gov/hepatitis/resources/professionals/pdfs/CounselingandTestingPC.pdf

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.