Skabbja

X’inhi l-iskabbja?
L-iskabbja hija kkawżata minn dud mikroskopiku li jħaffer fil-ġilda. Din tinfirex minn ġilda għal ġilda u bil-kuntatt sesswali ma’ persuna li jkollha l-iskabbja. B’mod inqas komuni, din tinfirex permezz tal-kondiviżjoni tal-ħwejjeġ u l-friex. Hija mifruxa ħafna f’kundizzjonijiet iffullati fejn iseħħ kuntatt mill-qrib.

L-iskabbja għandha t-tendenza li tinfetta żoni sħan tal-ġisem, bħall-punti fejn tiltewa l-ġilda, bejn is-swaba’, id-dwiefer tas-swaba’ u ż-żoni ġenitali. Tiġi ttrattata bl-applikazzjoni tal-krema tal-permetrina u lozzjoni tal-malathion biex tnaddaf u tnixxef il-ġilda.

X’inhuma s-sintomi tal-iskabbja?

  • Ħakk intens
  • Raxx tal-ġilda li jkun qisu ponot

X’inhu t-trattament għall-iskabbja?
Il-kura għandha terġa’ tiġi applikata wara sebat ijiem, sabiex jiġi żgurat li jinqatel id-dud li seta’ faqqqas. M’hemmx bżonn li jinħarqu ħwejjeġ, saqqijiet jew bjankerija, iżda dawn għandhom jinħaslu b’ċiklu sħun ta’ 50C jew aktar; jew inkella jitħallew fix-xemx f’borża sewda għal mill-inqas 3 ijiem.

Il-kuntatti mill-qrib kollha (inklużi l-persuni li jgħixu miegħek u s-sħab sesswali) għandhom jgħaddu minn trattament, anke jekk ma juru l-ebda sintomu.

Aktar informazzjoni u għajnuna

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.