Kanċer tat-Testikoli

L-identifikazzjoni bikrija tal-kanċer testikolari hija fattur importanti fil-kura tiegħu. L-iskoperta tas-sintomi tal-kanċer testikolari fi stadju bikri tista’ tkun vitali għal kura effettiva. Jekk m’intix ċert x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin jew sempliċiment teħtieġ xi serħan il-moħħ, agħmel appuntament mat-tabib tiegħek.

Passi għal kif teżamina t-testikoli:

  • Iċċekkja t-testikoli tiegħek mill-inqas darba fix-xahar.
  • Agħmel it-test wara doċċa sħuna.
  • Ibda b’testikolu minnhom.
  • Irrombla bil-mod wiċċ it-testikoli b’subgħajk.
  • Ħoss għall-epididimi u l-kordi spermatiċi fuq in-naħa ta’ wara tat-testikoli.
  • Ħoss għal boċoċ żgħar mingħajr uġigħ jew skomdi.
  • Ara l-bidliet fid-daqs, fil-forma jew fil-konsistenza.
  • Ara hemmx xi żoni li jweġġgħuk.

Huwa importanti li tkun taf kif ikun il-ġisem “normali” tiegħek biex tkun tista’ tiddistingwi kwalunkwe bidla minnufih. Li tkun taf in-normalità tiegħek taf tieħu xi żmien. Tagħfasx bis-saħħa biex ma tweġġax, u għalhekk l-aħjar ikun li tagħmel dan it-test wara doċċa sħuna, minħabba li l-borża tal-iskrotu tkun illaxkat. Ftakar li hija ħaġa komuni li jkollok testikolu minnhom akbar jew imdendel jew aktar baxxa mill-ieħor, jiġifieri tħallihx jinkwetak dan. Li huwa huwa importanti hu li tkun taf kif ġismek normalment jidher u jħossu.

Is-sinjali ta’ twissija jinkludu:

  • Nefħa testikolari jew differenza mhux tas-soltu fid-daqs bejn testikolu u ieħor.
  • Tħoss toqol fl-iskrotu.
  • Boċċa iebsa tad-daqs ta’ piżella fuq it-testikolu.
  • Uġigħ antpatiku fiż-żaqq jew fil-groin.
  • Uġigħ qawwi madwar it-testikolu jew fl-iskrotu.
  • Ġbir f’daqqa ta’ fluwidu fl-iskrotu.
  • Tkabbir tas-sider (ġinekomastija).

Jekk issib boċċa jew nefħa, jew kwalunkwe wieħed mis-sinjali ta’ hawn fuq, importanti li tiċċekkja mit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun. Mhijiex xi ħaġa li wieħed għandu jistħi minnha jew inkella jkun imbarazzat jitkellem dwarha. Dan huwa wieħed mill-ftit kanċers fejn nitkellmu dwar il-kura totali jekk fil-ħin.

Test tal-prostata
Il-prostata tinsab fil-bażi tal-bużżieqa tal-awrina. Il-funzjoni ewlenija tagħha hija li tipproduċi fluwidu li jservi bħala mezz ta’ trasport għall-isperma. Għall-kuntrarju tal-kanċer testikolari, wieħed ma jistax jeżamina l-prostata huwa stess. Huwa rrakkomandat li l-ewwel darba li għandek tiċċekkja għall-kanċer tal-prostata hija ta’ madwar 50 sena. Jekk hemm storja familjari ta’ kanċer tal-prostata, għandek tibda tiċċekkja tal-età ta’ madwar 45-il sena.

L-eżami tal-prostata jitwettaq prinċipalment għal żewġ raġunijiet: biex tivverifika l-kanċer tal-prostata u biex tiċċekkja għall-iperplasija prostatika (tkabbir beninju tal-prostata li jista’ jwassal għal sintomi urinarji). Mod wieħed kif tiġi eżaminata l-prostata huwa l-Antiġenu Speċifiku għall-Prostata (PSA). Dan it-test ikejjel il-livelli tal-PSA fid-demm. It-tabib jista’ jitolbok tagħmel aktar testijiet jekk ikun hemm bżonn.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.