HPV Vaccine

Irreġistra għall-vaċċin tal-HPV ISSA!! Jew Skennja l-kodiċi QR

X’inhu l-vaċċin tal-HPV?

Il-vaċċin tal-HPV huwa vaċċin sikur li jipprovdi protezzjoni kontra kanċers ikkawżati mill-Virus tal-Papilloma Uman (HPV). Il-vaċċin tal-HPV jgħin biex jipproteġik milli tieħu kanċers bħal:

  • Kanċer ċervikali.
  • Xi kanċers tal-ħalq u tal-griżmejn.
  • Xi kanċers tal-anus u taż-żoni ġenitali.

Il-vaċċin tal-HPV huwa parti mill-Programm tal-Iskeda Nazzjonali tat-Tilqim. Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lill-Primary Health fuq 21231231 jew tibgħat email fuq [email protected].

X’inhu l-HPV?
Il-Virus tal-Papilloma Uman huwa l-aktar infezzjoni virali komuni li taffettwa s-sistema riproduttiva. Hemm aktar minn 100 tip ta’ Virus tal-Papilloma Uman (HPV).

Ħafna minnhom huma bla sintomi iżda xi wħud jistgħu jikkawżaw mard sever, bħall-kanċer. Persuna x’aktarx li tiġi infettata bl-HPV ftit wara li tibda tkun sesswalment attiva.

Liema tipi ta’ HPV jipproteġi kontrihom il-vaċċin?
Il-vaċċin attwali (Gardasil 9 ®) jipproteġi kontra 9 tipi ta’ HPV. Dawn huma:

  • 6, 11: Dawn jikkawżaw il-ġeni tal-ġenitali (il-papillomi).
  • 16, 18, 31, 33, 45, 52 u 58: Dawn jikkawżaw kanċers ġenitali bħall-kanċer ċervikali u tal-anus.

Min għandu jitlaqqam?
Żgħażagħ, qabel ma jsiru sesswalment attivi. Il-vaċċin tal-HPV jgħin biex jipproteġi kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa minn kanċers relatati mal-HPV. In-nisa (ta’ 12-il sena) imwielda wara s-sena 2000, jistgħu jitilqmu taħt il-programm tat-tilqim. L-irġiel (ta’ 12 u 13-il sena) imwielda fis-sena 2011, se jirċievu ittra ta’ stedina b’appuntament biex jitilqmu kontra l-HPV.

Biex tagħtik l-aħjar protezzjoni, il-vaċċin għandu jingħata qabel ma ssir sesswalment attiv/a. Madankollu, jekk inti sesswalment attiv/a, xorta waħda għandek tingħata l-vaċċin. Jekk inti f’relazzjoni stabbli, xorta huwa rrakkomandat li titlaqqam għax jista’ jkun li s-sieħeb/sieħba tiegħek kellu/kellha sieħba/sieħeb preċedenti.

Il-kanċer ċervikali mhix marda li tintiret, jiġifieri mhix marda ġenetika.

Anke jekk ħadd fil-familja tiegħek ma kellu kanċer ċervikali, xorta waħda inti f’riskju li tiġi infettat/a bl-HPV, għalhekk xorta għandek bżonn titlaqqam.

Jekk kont infettat/a bl-HPV qabel u fieq/t, xorta tista’ tiġi infettat/a b’tip differenti ta’ HPV.

L-iskeda rakkomandata għat-tilqim tal-HPV
Il-vaċċin jingħata f’driegħek u jkollok bżonn tkun bejn id-9 u l-14-il sena; żewġ dożi, li jingħataw b’disa’ xhur sa sena bejniethom.

X’jiġri jekk ma jkollix l-ewwel doża tal-vaċċin tal-HPV sa meta jkolli 15-il sena?
Jekk tieħu l-vaċċin f’għeluq il-15-il sena jew wara, ikollok bżonn tliet dożi. L-ewwel żewġ dożi jingħataw b’xahar bejniethom u t-tielet doża tingħata madwar 5 xhur wara t-tieni doża. Jekk għadek ma ħadtx il-vaċċin, kellem lit-tabib/tabiba tiegħek jew lill-Immunisation Unit.

X’jiġri jekk fittixni t-tilqima? Nista’ xorta nieħuha?
Ta’ min! Jekk fittik, xorta tista’ tieħu, idealment qabel għeluq il-25 sena.

Il-vaċċin tal-HPV huwa parti mill-Programm tal-Iskeda Nazzjonali tat-Tilqim. Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lill-Primary Health fuq 21231231 jew tibgħat email fuq [email protected].

Il-vaċċin tal-HPV huwa sikur?
Il-vaċċin huwa sikur. Huwa magħmul mill-virus tal-HPV, li mhuwiex attiv. Il-vaċċin ma jistax jikkawża l-marda.

Il-vaċċin jista’ jingħata b’mod sikur flimkien ma’ vaċċini oħra u m’hemmx bżonn li titħalla distanza ta’ żmien bejn vaċċin u ieħor.

Kemm huwa effettiv il-vaċċin tal-HPV?
Il-vaċċin joffri kważi 100% protezzjoni kontra d-9 tipi ta’ HPV li hemm fil-vaċċin.

X’inhuma l-benefiċċji tat-tilqim kontra l-HPV?
It-tilqim kontra l-HPV jipprevjeni infezzjonijiet li jikkawżaw il-kanċer u pre-kanċers inklużi l-papillomi ano-ġenitali.

L-infezzjonijiet tal-HPV u l-pre-kanċers ċervikali (ċelluli anormali fuq iċ-ċerviċi li jistgħu jwasslu għall-kanċer) naqsu b’mod sinifikanti minn meta beda jintuża l-vaċċin.

Il-vaċċin jikkawża xi effetti sekondarji?

  • L-aktar komuni: uġigħ ta’ ras, u f’sit tal-injezzjoni wieħed jista’ jkollu uġigħ, nefħa, ħmura, ħakk, tbenġil u fsada.
  • Inqas komuni: deni, uġigħ fil-griżmejn, dardir, dijarea, uġigħ fl-addome, għeja u sturdament.

Hemm xi ħadd li ma jistax jitlaqqam?
Persuni li huma ipersensittivi, jew li esperjenzaw reazzjoni allerġika severa, għall-ħmira jew reazzjoni allerġika għal tilqima preċedenti ta’ Gardasil 9 ®.

Jekk inti tqila, u għadek ma tlaqqamt/x, stenna wara t-tqala. Jekk irċivejt xi tilqima waqt li ma kontx taf bit-tqala, iddiskuti mal-ġinekologu tiegħek.

Il-vaċċin tal-HPV ma:

  • Jipproteġix kontra l-każijiet kollha ta’ kanċer ċervikali jew jissostitwixxi l-ħtieġa għal skrinjar ċervikali regolari.
  • Jikkurax kanċer ċervikali eżistenti.
  • Jikkurax infezzjoni tal-HPV li diġà teżisti.
  • Jipproteġix kontra mard jew kundizzjonijiet, inklużi kanċers, li huma kkawżati minn tipi ta’ HPV li mhumiex inklużi fil-vaċċin tal-HPV.

Għal aktar informazzjoni dwar l-HPV, alternattivament ikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000 jew ibgħatilna messaġġ fuq Sexual Health Malta Messenger.

Għal informazzjoni sħiħa dwar il-vaċċin tista’ żżur: https://primaryhealthcare.gov.mt/en/immunisation/

Irreġistra għall-vaċċin HPV ISSA!!

Jekk le, isskannja l-kodiċi QR

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.