Tnaqqis fix-Xewqa (Libido)

Hija ħaġa tipika li f’xi stadju tal-ħajja, persuna xi drabi tesperjenza inqas xewqa sesswali. Dan huwa kkaratterizzat minn tnaqqis fl-interess fis-sess, inqas involviment f’attività sesswali, u inqas fantażiji sesswali. Tista’ tkun ħaġa kronika (fit-tul) jew episodika. Dan jista’ jiġi kkawżat minn bidla fil-livelli tal-ormoni, iżda jista’ jkun parti minn kundizzjoni sottostanti, bħad-dipressjoni, jew jinħoloq minħabba problema sesswali oħra, bħad-disfunzjoni erettili u d-disparewnja (dyspareunia) . Oħrajn jistgħu jitilfu l-interess fis-sess minħabba l-uġigħ li jħossu matul l-att sesswali.

Għalkemm pjuttost komuni, it-tnaqqis fix-xewqa jista’ jkun indikattiv ta’ problemi ta’ relazzjoni f’xi każijiet, diffikultajiet bid-dehra tal-ġisem, stima personali baxxa, konsum eċċessiv ta’ alkoħol u ansjetà. F’każijiet bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati t-terapija jew il-medikazzjoni psikoloġika.

L-ewwelnett, huwa importanti li tkunu onesti u miftuħin mal-partner tagħkom dwar is-sitwazzjoni, u jista’ jkun li tkun tixtieq tfittex appoġġ mediku u psikoloġiku. It-trattament jiddependi mill-kawża; għalhekk, importanti li jiġi stabbilit għaliex seħħet il-problema, u x’qed iżommha għaddejja. Ix-xewqa baxxa tista’ tkun dovuta għal diversi fatturi, u għal aktar milli raġuni waħda biss. Il-kwistjonijiet mediċi jista’ jkollhom jiġu esklużi, u l-koppji għandhom ikunu lesti jħarsu lejn ir-relazzjoni tagħhom u jaħsbu biex jikkunsidraw it-terapija tal-koppji. It-terapija tal-koppji tinvolvi li tħares lejn l-istorja tar-relazzjoni u d-dinamika attwali, bil-għan li nifhmu aħjar lilna nfusna u l-partners tagħna u naraw fejn tista’ tiġi implimentata l-bidla.

Fejn għandek tikseb l-għajnuna u l-pariri

  • It-tabib tal-familja tiegħek — li jista’ joffri xi pariri jew jirreferik lil speċjalista għal rieżami u trattament.
  • Psikologu
  • Terapija / counseling tal-koppja / tar-relazzjoni.

Kawżi komuni ta’ libido baxx

  • Problemi tar-relazzjonijiet.
  • Telf ta’ attrazzjoni sesswali.
  • Komunikazzjoni fqira.
  • Kwistjonijiet ta’ fiduċja.
  • Kunflitt.
  • Problemi fiżiċi sesswali
    • Disfunzjoni erettili.
    • Problemi ta’ eġakulazzjoni
    • Nixfa vaġinali
    • Sess li jikkawża uġigħ.
    • Inabilità li tilħaq orgażmu
    • Vaginismus
  • L-istress, l-ansjetà u l-eżawriment.
  • Depressjoni
  • It-tixjiħ u l-menopawża.
  • It-tqala u t-twelid.
  • Problemi ta’ saħħa sottostanti.
    • Dijabete
    • Mard tal-qalb.
    • It-tirojde li taħdem bil-mod.
    • Kanċer
    • Operazjoni kbira / kirurġija maġġuri.

It-tixjiħ u l-menopawża

  • Livelli aktar baxxi ta’ ormoni sesswali (estroġenu u testosteron).
  • Problemi tas-saħħa relatati mal-età.
  • Problemi ta’ mobilità.
aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.