Sess Anali

Sess Anali

  • Is-sess anali jinkludi l-penetrazzjoni tal-anus bil-pene, is-swaba’, il-ġugarelli tas-sess u s-sess orali (l-istimolu tal-anus bl-użu tal-ħalq jew l-ilsien, magħruf ukoll bħala rimming).
  • Għalkemm is-sess anali huwa tipikament assoċjat ma’ rġiel li jkollhom sess mal-irġiel (MSM), huwa komuni wkoll fost koppji eterosesswali u jista’ jiġi pprattikat ukoll mil- lesbjani.
  • Huwa importanti l-użu ta’ kondom għal kull att sesswali.
  • Is-sess anali mhux protett huwa mġiba b’riskju għoli biex jittieħdu l-Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment. Dan minħabba li l-kisja tar-rektum hija membrana rqiqa li tista’ faċilment titqatta’ jew issirilha ħsara matul is-sess, u b’hekk issir aktar vulnerabbli għall-infezzjoni.
  • Madankollu, jekk il-persuna li tgħix bl-HIV tkun fuq medikazzjoni u jkollha livelli ta’ HIV li ma jistgħux jiġu osservati, allura ma jkun hemm l-ebda riskju li l-virus jgħaddi.
  • Ix-xquq anali (tiċrit żgħir fil-kisja tar-rektum) jistgħu jseħħu matul l-att sesswali. Dawn ma jikkawżax ħsara fit-tul lir-rektum; madankollu, ifiqu bil-mod u jistgħu jikkawżaw ħafna tbatija. Barra minn hekk, iżidu r-riskju li l-infezzjoni tidħol fid-demm. Evita li ddaħħal oġġetti li jistgħu jtaqqbu l-imsaren.
  • Is-sess anali jista’ jkun ta’ uġigħ għall-persuna li tirċevih. L-anus ma jillubrikax lilu nnifsu kif tagħmel il-vaġina, għalhekk importanti li jintuża lubrikant ibbażat fuq l-ilma sabiex jiġu evitati x-xquq. L-anus jassorbi l-ilma malajr, għalhekk il-lubrikant għandu jiġi applikat ta’ spiss. Il-lubrikanti bbażati fuq is-siliċju jdumu aktar, iżda jagħmlu ħsara lill-kondoms.
  • Wara s-sess anali, għandu jintlibes kondom ġdid qabel ma jkun hemm sess vaġinali/orali. Dan huwa importanti sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-batterji mill-anus għall-vaġina, li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet.
aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.