Dipendenza / Abbuż tal-Alkoħol u tas-Sustanzi

Alkoħol
Meta jiġi kkunsmat ammont żgħir ta’ alkoħol, l-inibizzjonijiet sesswali tal-persuna jistgħu jonqsu, filwaqt li tissaħħaħ ix-xewqa sesswali. Meta jiżdied il-konsum tal-alkoħol, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-persuna jista’ jiddgħajjef, u b’hekk il-persuna tiġi predisposta għal imġiba sesswali riskjuża.

L-alkoħol jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-ġisem li jirreaġixxi għall-istimoli sesswali (jiġifieri t-tqanqil). Il-konsum għoli tal-alkoħol huwa marbut ma’ diffikultajiet erettili u diffikultajiet ta’ tqanqil vaġinali, fost problemi oħra tas-saħħa.

Caritas Malta toffri grupp ta’ appoġġ għal dawk li jixtiequ jieqfu.
Sedqa toffri appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu.

Użu ta’ sustanzi
L-użu tad-droga jista’ jfixkel il-ġudizzju konjittiv u jnaqqas l-inibizzjonijiet, u b’hekk jagħmel persuna aktar suxxettibbli li tinvolvi ruħha f’imġiba sesswali riskjuża. L-effetti ta’ drogi differenti fuq l-imġiba sesswali u s-saħħa varjaw, madankollu, f’dożi għoljin, il-biċċa l-kbira tad-drogi huma marbuta mat-telf tax-xewqa sesswali. L-użu tad-drogi jista’ jwassal ukoll għal disturbi orgażmiċi u tat-tqanqil.

Caritas Malta toffri programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga, u appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu jużaw id-drogi.
Sedqa toffri appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu.

Tipjip
In-nikotina tirrestrinġi l-vini u l-arterji, u b’hekk tillimita l-fluss tad-demm fil-ġisem kollu, inkluż għall-organi sesswali. Dawk li jpejpu jista’ jkollhom diffikultajiet bħal:

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard joffri appoġġ lil dawk li jixtiequ jieqfu mit-tipjip, permezz tat-telefown u l-lezzjonijiet.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.