Epatite A

X’inhi l-epatite (hepatitis)?

L-epatite hija infjammazzjoni tal-fwied. Hemm tipi differenti ta’ epatite, iżda din l-informazzjoni se tiffoka biss fuq l-Epatite A (Hepatitis A).

X’inhi l-Epatite A?
L-epatite A hija virus (HAV) li jikkawża infezzjoni fil-fwied fil-bnedmin li tista’ tirriżulta f’marda li tista’ tkun waħda ħafifa sa gravi. Ġeneralment, kulħadd jirkupra mill-infezzjoni, iżda fi ftit każijiet, tista’ jmut minħabba l-epatite fulminanti (il-fwied isir nekrotiku ħafna u jiċkien). Ladarba tiġi infettat/a, l-immunità għall-virus iddum għal għomrok.

X’inhuma s-sintomi tal-Epatite A?
Il-marda spiss ma jkollhiex l-ebda sintomu jew tista’ tkun ħafifa, b’mod partikolari fit-tfal taħt il-5 snin. Fl-adulti, il-bidu tal-marda normalment iseħħf’daqqa. Is-sinjali u s-sintomi jinkludu:

Hepatitis liver. Symptoms of hepatitis A in the form of color icons with corresponding marks. Vector illustration in flat style isolated on white background.

Kemm idumu s-sintomi?
Is-sintomi jistgħu jdumu gimgħa jew ġimagħatejn u anki xhur. L-epatite li ddum jew li tirkadi sa sena sseħħ fi 15 % tal-każijiet.

Kif tinfirex?
Il-virus jinxtered mir-rotta fekali (anal) u orali (oral). Dan iseħħ meta persuna, li mhijiex/ma kinitx infettata, tiekol jew inkella tixrob illma li jkun ġie kkontaminat mil-feċi ta’ persuna infettata. Jista’ jiġi trażmess lil membri oħra tal-familja mill-idejn maħmuġin ta’ persuna infettata. Ix-xorb ta’ ilma kkontaminat bid-drenaġġ jew li ma jkunx ittrattat b’mod xieraq jirriżulta f’tifqigħat tal-infezzjoni. Il-virus jista’ jiġi trażmess ukoll permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ persuna infettata. L-epatite A tingħadda billi jkun hemm sess mingħajr kondom jew dental dam (b’mod partikolari s-sess orali), fingering u rimming, jew il-qsim ta’ ġugarelli sesswali ma’ xi ħadd li għandu l-virus.

Jekk tkun infettat/a bl-Epatite A, tista’ xxerridha fi żmien gimagħtejn sa qabel ġimgħa li tiżviluppa s-suffejra. Il-perjodu ta’ inkubazzjoni, jiġifieri l-perjodu ta’ żmien bejn li wieħed ikun espost għall-virus u l-iżvilupp tas-sintomi tal-Epatite A, huwa ta’ 28 sa 30 jum (li jvarja minn 15 sa 50 jum).

Min huwa f’riskju ta’ infezzjoni?
L-epatite A hija rari f’Malta iżda tista’ tkun f’riskju meta tivvjaġġa lejn pajjiżi fejn hija komuni jew tinvolvi ruħek f’ċerti attivitajiet kif imsemmi aktar ‘l isfel. L-epatite A tista’ taffettwa kull grupp ta’ età. Tista’ jiġi trażmessa bil-modi li ġejjin:

  • Vjaġġaturi li jivvjaġġaw lejn pajjiżi sottożviluppati.
  • Permezz ta’ ilma u ikel ikkontaminat.
  • Iġjene ħażina tal-idejn. L-iġjene tal-idejn hija importanti ħafna, speċjalment f’dawn il-pajjiżi. Uża l-ilma u s-sapun jew sanitizzaturi tal-idejn tal-alkoħol (60%).

Ikel sikur biex jittiekel:

  • Ikel imsajjar li jiġi servut sħun.
  • Frott u ħaxix li ħsilthom bl-ilma tal-flixkun jew qaxxarthom int.
  • Prodotti tal-ħalib li ġew pasturizzati.
  • Bajd imgħolli iebes.

Ikel mhux sikur biex jittiekel:

  • Ikel mixtri mingħand bejjiegħa tat-triq.
  • Laħam, ħut jew bajd nej jew mhux imsajjar.
  • Frott u ħxejjex li mhumiex maħsula jew imqaxxrin, jew maħsula b’ilma mhux sikur, inkluż l-insalati.
  • Prodotti tal-ħalib li ma ġewx pasturizzati.
  • Bushmeat (laħam ta’ annimali slavaġġ Afrikani).

Ixrob:

  • Xarbiet minerali.
  • Ilma tal-flixkun issiġillat minn sorsi affidabbli.
  • Xarbiet sħan.
  • Ħalib pasturizzat.

Tixrobx:

  • Xarbiet bis-silġ, sakemm mhux minn sors sikur.
  • Ilma tal-vit jew ilma minn fliexken miftuħin.
  • Ħalib mhux pasturizzat.
  • Meraq tal-frott/fruit juice li jkun ġie rikostitwit b’ilma mhux sikur, bħal minn bejjiegħa tat-triq.

Ipprova evita:

  • Kuntatt mill-qrib, bħal bews, tgħanniq, jew li taqsam pożati jew tazez ma’ persuni morda.
  • Ikel ilma kkontaminat. L-aktar ikel komuni ta’ riskju għoli huma l-gajdri nejjin, il-gandoffli u frott tal-baħar ieħor.
  • Kuntatt personali mill-qrib ma’ persuna infettata bl-Epatite A, bħal waqt is-sess, speċjalment għall-irġiel li jkollhom sess mal-irġiel (MSM).
  • Persuni li jgħixu fl-istess dar ta’ persuna infettata, permezz ta’ idejn kontaminati.
  • Dawk li jinjettaw id-drogi u jaqsmu l-labar jew b’injettar/rikostituzzjoni ta’ drogi fuq uċuħ mhux nodfa bħal tojlits pubbliċi.

Hemm kura għall-Epatite A?
M’hemm l-ebda trattament mediku speċifiku għall-Epatite A.

Kif tista’ jiġi evitat l-Epatite A?
L-aktar miżura importanti għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-Epatite A hija l-iġjene tal-idejn. It-trażmissjoni bejn l-individwi tista’ tiġi evitata permezz ta’:

  • Ħasil tal-idejn bis-sapun u bl-ilma.
  • Ħasil u tnixxif tal-idejn qabel ma jitħejja l-ikel.
  • Ħasil u tnixxif tal-idejn qabel l-ikel.
  • Ħasil u tnixxif tal-idejn wara li tmur it-toilet.
  • Il-ħasil u t-tnixxif tal-idejn wara li jinbdilu l-ħrieqi ta’ tarbija.

L-epatite A hija kontaġġjuża ħafna, għalhekk min ikun infettat m’għandux imur ix-xogħol, l-iskola, jew iċ-ċhildcare sakemm jingħata parir minn tabib li m’għadux infettat u mhux se jinfetta lil ħaddieħor. Waqt li tkun marid bl-Epatite A, l-ilbies ta’ taħt, il-bjankerija tas-sodda, ix-xugamani u l-imkatar għandhom jinħaslu bil-misħun u d-detergent.

Hemm ukoll vaċċin kontra l-Epatite A. Il-vaċċin jittieħed f’żewġ dożi, injezzjoni waħda segwita minn doża booster minn 6 xhur sa 12-il xahar wara l-ewwel doża. Dan jagħtik protezzjoni li tista’ ddum għal 25 sena. It-tilqim huwa rrakkomandat għall-irġiel li jkollhom sess mal-irġiel, speċjalment fl-adolexxenti u fl-adulti żgħażagħ. F’adulti akbar fl-età, l-ittestjar huwa rrakkomandat qabel it-tilqim. Il-vaċċin għandu jingħata lil persuni ta’ aktar minn sena qabel ma jivvjaġġaw lejn pajjiżi b’riskju moderati jew għoli, bi protezzjoni li tinkiseb bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat wara li tingħata l-ewwel doża. Żoni endemiċi moderati u għoljin (jiġifieri fejn hi l-marda himifruxa fiż-żona/pajjiż partikolari) jinkludu s-subkontinent Indjan, l-Afrika, l-Amerika t’Isfel u Ċentrali, il-Lvant Imbiegħed (minbarra ż-żoni tal-Asja tal-Paċifiku fejn hemm standard ta’ ħajja u dħul għoli), u l-Ewropa tal-Lvant.

Għal aktar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, jekk jogħġbok żur:
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/phc/pchyhi/Pages/Travel-Vaccination.aspx

Vaċċini disponibbli f’Malta
Ikklikkja hawn (ħolqa għall-vaċċini) għal aktar informazzjoni dwar it-tilqim

Appoġġ u Kuntatti għal aktar informazzjoni kkuntattja

Riżorsi użati:

https://ecdc.europa.eu/en/hepatitis-A/facts

https://www.cdc.gov/hepatitis/hav/index.htm

https://www.cdc.gov/mmwr/volumes/67/wr/mm6743a5.htm

https://www.cdc.gov/hepatitis/resources/professionals/pdfs/ABCTable.pdf

https://www.health.gov.au/health-topics/hepatitis-a

https://www.healthed.govt.nz/resource/hepatitis

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/hepatitis-a

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.