Kontraċezzjoni ta’ Emerġenza

X’inhi l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza?
Il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza tista’ tipprevjeni t-tqala wara sess mhux protett jew jekk il-kontraċezzjoni li tkun użajt ma rnexxietx – pereżempju, kondom inqasam jew jekk il-mara tinsa tieħu l-pillola. Pilloli kontraċettivi ta’ emerġenza huma effettivi madwar 85% tal-ħin fil-prevenzjoni tat-tqala.

Il-morning after pill ma tipproteġikx kontra infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs) Jekk għandek sintomi ta’ STIs, ikkuntattja l-klinika ĠU jew agħfas hawn għal aktar informazzjoni fuq l-STIs.

M’hemmx limitu fuq kemm-il darba tista’ tieħu morning after pill. Madankollu, għandek tikkunsidra kontraċettiv regolari bħall-pillola kontraċettiva regolari jekk tixtieq tevita t-tqala. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar kontraċettivi regolari.

Kemm hemm kontraċettivi ta’ emerġenza disponibbli u kif għandi nużahom?
Hemm żewġ tipi ta’ kontraċezzjoni ta’ emerġenza, li huma l-ulipristal acetate (UPA)u levonorgestrel. F’Malta, dawn li ġejjin huma disponibbli:

  • L-ewwel trattament – li tittieħed bħala pillola waħda. Tista’ tittieħed sa 5 ijiem wara l-att sesswali mingħajr protezzjoni (120 siegħa). Fiha l-aċetat tal-ulipristal, li jwaqqaf il-proġesteron milli jaħdem b’mod normali. Din taħdem billi twaqqaf jew iddewwem il-bajda tal-mara milli tiġi mitluqa (ovulazzjoni).
  • It-tieni trattament – (levonorgesterl) li tittieħed bħala pillola waħda. Hija liċenzjata biex tingħata sa 3 ijiem wara sess mingħajr protezzjoni (72 siegħa) biex tiġi evitata t-tqala. Din il-pillola ddewwem il-bajda tal-mara milli tiġi mitluqa (ovulazzjoni). Hija verżjoni sintetika tal-ormon naturali proġesteron li jiġi prodott mill-ovarji.
  • It-tielet trattament – hija morning after pill oħra li fiha l-ingredjent levonorgestrel u tista’ tittieħed sa tlett ijiem (72 siegħa) wara s-sess. Tipprevjeni jew iddewwem il-bajda milli tiġi mitluqa mill-ovarji (ovulazzjoni).

Aktar ma tieħu l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza malajr, aktar tkun effettiva. It-tabib jew l-ispiżjar se jiggwidawk tagħżel l-aktar pillola adattata għalik.

N.B. Emergency contraception pill by Transmen on Testosterone:

  1. If the ovaries and uterus are intact, then yes there is still the possibility of a pregnancy if they had sexual intercourse without protection with a sperm-inducing male. Therefore, the use of contraception to prevent pregnancy is highly advised.
  2. However, in case of sexual intercourse without protection (or with failed protection), first line of Emergency Contraception would be ulipristal acetate.
  3. Ulipristal acetate needs to be taken at the earliest possible but definitely within 120 hours (that is 5 days) of intercourse.
  4. The effect is not affected by testosterone.

In regard to choice of contraception to transmen should not be hormonal, otherwise it will negate the effects of the trans-hormones.

Hemm xi effetti sekondarji?

  • Uġigħ ta’ ras
  • Uġigħ addominali
  • Dardir
  • Uġigħ fis-sider (rari)
  • Bidliet fil-mestruwazzjoni li jmiss tiegħek (tista’ tkun aktar kmieni, aktar tard jew b’iktar uġigħ). Jekk il-mestruwazzjoni tiegħek hija aktar minn sebat ijiem tard jew inqas qawwija mis-soltu, agħmel test tat-tqala malajr kemm tista’.
  • Rimettar (fittex attenzjoni medika għax jista’ jkollok bżonn tieħu doża oħra)

Xi jwaqqaf il-pillola kontraċettiva ta’ emerġenza milli taħdem?
Il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza tista’ ma taħdimx jekk:

  • Qed qed tieħu ċerti mediċini (iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek)
  • Qbiżt in-numru ta’ ġranet rakkomandat wara l-att sesswali qabel ma ħadtha
  • Qed tirremetti b’mod persistenti għal sagħtejn jew 3 sigħat

Minn fejn nista’ nikseb il-pillola kontraċettiva ta’ emerġenza?
Tista’ tixtri l-pillola kontraċettiva ta’ emerġenza minn spiżerija. Il-websajt pharmacy.com.mt tinkludi lista ta’ spiżeriji f’Malta li jġibu l-morning after pill. Mhux se ssib il-pillola fi sptar pubbliku.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.