Female CondomKondom tan-Nisa

X’inhu l-kondom tan-nisa?
Il-kondom tan-nisa huwa għant irqiq, artab, wiesgħa u jiġi f’diversi qisien. Il-kondom tan-nisa jipprevjeni l-isperma milli tidħol fil-vaġina billi jaġixxi bħala barriera. Il-kondom tan-nisa hu simili għall-kondom tal-irġiel fl-effikaċja tiegħu biex jevita t-tqala. L-użu konsistenti u korrett tal-kondom tal-lattiċi tan-nisa jnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment. Il-kondom tan-nisa mhux disponibbli f’Malta.

X’inhi l-effikaċja ta’ kondom tan-nisa?
Saru biss ftit studji ta’ riċerka dwar l-effikaċja tal-kondom tan-nisa, iżda dawn jindikaw li l-effikaċja tvarja minn 79% b’użu tipiku sa 98% b’użu perfett.

Kif għandek tuża kondom tan-nisa?
Għandu ċirku fuq ġewwa u fuq barra. Iċ-ċirku ta’ ġewwa, li jinsab fit-tarf il-magħluq tal-kondom, jintuża biex jgħin biex jiddaħħal. Iċ-ċirku ta’ barra jinsab fit-tarf il-miftuħ tal-kondom u joqgħod ċatt mal-vulva u jgħatti biċċa mill-parti ġenitali ta’ barra, u b’hekk joffri aktar protezzjoni kontra l-STIs mill-kondom tal-irġiel.

X’inhuma l-kontraindikazzjonijiet għall-użu ta’ kondom tan-nisa?

  • Infezzjonijiet preżenti fil-vaġina, fl-għonq tal-utru jew fil-pelvi li l-ewwel jridu jiġu eżaminati u kkurati.
  • Nuqqas ta’ ħila mill-klijenta biex tmiss iż-żona ġenitali.

Kif għandek tilbes kondom tan-nisa:
Il-pakkett fih l-istruzzjonijiet. Biex tuża kondom tan-nisa sew, segwi dawn il-passi:

  • Uża kondom kull darba li jkollok x’taqsam sesswalment.
  • Ivverifika d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett.
  • Iftaħ u oħroġ il-kondom tan-nisa mill-pakkett b’attenzjoni biex tevita li jitqatta’.
  • Tista’ ddaħħal il-kondom meta qiegħda mimduda, billi tinżel ftit b’għarkopptejk mgħawġin jew tpoġġi sieq waħda fuq siġġu.
  • Iċ-ċirku oħxon ta’ ġewwa fit-tarf il-magħluq jintuża biex jitqiegħed fil-vaġina u jżomm il-kondom f’postu. Iċ-ċirku rqiq ta’ barra jibqa’ barra mill-ġisem, u jgħatti l-fetħa vaġinali.
  • Waqt li żżomm in-naħa ta’ barra tal-kondom fit-tarf il-magħluq, agħfas il-ġnub taċ-ċirku ta’ ġewwa flimkien bis-saba’ werrej jew tan-nofs u s-saba’ l-kbir u daħħlu fil-vaġina. Qisek qed iddaħħal tampun.
  • Billi tuża subgħajk, imbotta ċ-ċirku ta’ ġewwa ‘il fuq kemm tista’ sakemm iserraħ mal-għonq tal-utru. Il-kondom jespandi b’mod naturali, u jista’ jkun li qas tħossu.
  • Ara li l-kondom ma jkunx mibrum. Iċ-ċirku irqiq, ta’ barra għandu jibqa’ barra mill-vaġina.
  • Tkun idea tajba li tiggwida l-pene tas-sieħeb tiegħek fil-fetħa tal-kondom tan-nisa. Waqqaf l-att sesswali jekk tħoss il-pene jiżloq bejn il-kondom u l-ħitan tal-vaġina jew jekk iċ-ċirku ta’ barra jiġi mbuttat fil-vaġina.
  • Biex tneħħih, dawwar bil-mod iċ-ċirku ta’ barra u iġbed il-kondom tan-nisa ‘l barra mill-vaġina.
  • Armi l-kondom tan-nisa wara li tużah darba. Qatt m’għandek terġa’ tuża kondom tan-nisa.

X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kondoms?
Vantaġġi

  • Jagħti kontroll u għażla lin-nisa dwar is-saħħa sesswali tagħhom.
  • Rari ħafna jinqasam.
  • Inqas telf ta’ sensittività meta mqabbel ma’ kondom tal-irġiel.
  • Magħmul minn materjal ipoallerġeniku u sikur għall-użu ma’ nies li huma allerġiċi għal-lattiċi tal-gomma.
  • Il-kondoms tan-nisa ma jiddependux mill-erezzjoni tal-pene biex jiddaħħal u mhemmx għalfejn jitneħħa mill-ewwel wara l-eġakulazzjoni.
  • Għall-kuntrarju tal-kondom tal-irġiel, mhuwiex issikkat jew konstritt.
  • Jipproteġi kontra l-STIs u l-HIV.
  • Jista’ jintuża flimkien ma’ prodotti bbażati fuq iż-żejt għal-lubrikazzjoni (minbarra ma’ kondoms tan-nisa magħmula mil-lattiċi).
  • L-ebda effetti sekondarji sistemiċi.

Żvantaġġi

  • Jitqiesu storbjużi.
  • Mhuwiex ta’ pjaċir b’mod estetiku għal ħafna nisa u s-sieħeb tagħhom.
  • Jeħtieġ il-motivazzjoni.
  • Jista’ jitqies li jfixkel l-att sesswali.
  • Mhux disponibbli b’mod wiesa’ daqs il-kondoms tal-irġiel.

Għandi nuża lubrikant mal-kondom?
Ħafna mill-kondoms jiġu lesti b’lubrikant. Jekk ikun meħtieġ, hu rakkomandat li jintużaw lubrikanti bbażati fuq l-ilma fuq il-kondoms.

Għadni kif kelli tarbija. Nista’ nuża kondoms?
Iva, tista’ tuża kondoms wara li kellek tarbija.

Nista’ nuża kondoms wara korriment?
Iva, il-kondoms jistgħu jintużaw immedjatament wara korriment.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.