Sistema ta’ Ġol-Utru

X’inhu l-IUS?
L-IUS għandha qafas tal-plastik forma ta’ T simili għall-IUS tar-ram, iżda b’riserva ta’ sterojdi. It-terminu IUS jintuża biex jiddistingwi l-kontraċettiv ormonali ta’ ġol-utru minn apparat ta’ ġol-utru bbażat fuq ir-ram (IUSs). L-IUS tintuża kemm bħala metodu ta’ kontraċezzjoni kif ukoll bħala trattament għal mestruwazzjoni qawwija, mestruwazzjoni b’ħafna uġigħ, u għall-endometrijożi.

Kif taħdem l-IUS?
It-tagħmir għandu tul ta’ 32 mm u dijametru ta’ 4 mm. Jiddaħħal mill-kanal tal-għonq tal-utru u jitpoġġa fl-utru, fejn minn hemm jitfa’ l-ormoni 24 siegħa kuljum għal perjodu rakkomandat bejn 3 u 5 snin. L-ammont ta’ ormoni sintetiċi li titfa’ s-sistema hu biss frazzjoni mid-doża ta’ kuljum li jintefgħu permezz ta’ kontraċettivi orali, u għalhekk l-effetti sekondarji għandhom ikunu inqas mill-metodi orali. L-IUS tista’ titwaħħal biss minn tabib kwalifikat. Matul il- proċedura, li ddum biss ftit minuti, l-għonq tal-utru jinfetaħ u l-IUS tiddaħħal permezz ta’ apparat ta’ inserzjoni.
L-IUS tipprevjeni t-tqala billi:

  • tagħfas l-endometriju, li tagħmilha diffiċli biex tkun tista’ ssir impjantazzjoni.
  • F’xi nisa l-IUS tnaqqas il-funzjoni tal-ovarji – tipprevjeni r-rilaxx ta’ bajda kull xahar (ovulazzjoni).
  • Tikkawża wkoll li l-mukus tal-għonq tal-utru jeħxien, u b’hekk l-isperma ma tkunx tista’ tgħaddi.

Kemm hi effettiva l-IUS?
The IUS is from 98% to nearly 100% effective in preventing pregnancy. The IUS has a mean failure rate of less than 0.2 per 100 women years for up to 5 years.

Meta jista’ jkolli IUS imdaħħla?
Tista’ tibda kwalunkwe ġurnata taċ-ċiklu mestruwali jekk il-fornitur tal-kura tas-saħħa jkun ċert li m’intix tqila.

Kif jitwaħħal?

  • Il-tabib tiegħek se jiċċekkjalek il-vaġina biex jiċċekkja l-utru u d-daqs tal-ġuf tiegħek.
  • Jista’ jkollok bżonn ta’ test ta’ smear, jiċċekkjak għal infezzjonijiet eżistenti (STIs) u jikkurak kif xieraq.
  • L-inserzjoni tal-IUS m’għandhiex tieħu aktar minn 5 minuti.
  • L-IUS tiddaħħal permezz tal-għonq tal-utru għal ġol-utru (il-vaġina tinżamm miftuħa biex tiddaħħal).
  • Jista’ jkun li tħoss uġigħ bħal matul il-mestruwazzjoni u bugħawwieġ wara l-inserzjoni għal ftit jiem. Tista’ tieħu wkoll mediċini li jtaffu l-uġigħ jekk ikollok bżonn.

Kif inkun naf li għadu f’postu?

  • L-IUS għandha żewġ ħjut irqaq li jiddendlu ‘l isfel mill-utru tiegħek, fuq il-vaġina tiegħek.
  • Tista’ titgħallem tħoss dawk il-ħjut u tiċċekkja li jkunu f’posthom.
  • Jekk taħseb li l-IUS inqalgħet jew mhux qiegħda f’postha, l-aħjar tuża aktar protezzjoni (bħal kondoms) kontra t-tqala matul is-sess.

Nista’ ninqabad tqila meta nneħħi l-IUS?
L-IUSD tista’ titneħħa fi kwalunkwe ħin jekk persuna tkun trid toħroġ tqila. L-IUS titneħħa minn tabib li jara l-ħjut tal-IUS fil-vaġina u jiġbed l-IUS bil-mod ‘il barra.

X’inhuma l-vantaġġi tal-IUS?

  • Tnaqqis fil-mestruwazzjoni qawwija u fit-tul.
  • Tnaqqis fl-uġigħ mestruwali eċċessiv.
  • Mestruwazzjoni mhux frekwenti jew nieqsa.
  • Effikaċja għolja.
  • Riversibbli.
  • Mhux relatata mal-att sesswali.

X’inhuma l-iżvantaġġi tal-IUS?

  • Nuqqas ta’ mestruwazzjoni.
  • Dmija irregolari.
  • Ikun hemm bżonn li l-għonq tal-utru jitwessa’ u dan jista’ jkun ta’ skumdità, u għal xi nisa jkun ta’ wġigħ.
  • Espulsjoni tal-IUS.
  • Tiċrit tal-utru, tal-imsaren, u tal-bużżieqa tal-awrina.
  • Pożizzjoni ħażina tal-IUS.
  • Tqala kkawżata minn espulsjoni, perforazzjoni, jew pożizzjoni ħażina.
  • Żieda żgħira fir-riskju ta’ tqala ektopika jekk ikun hemm falliment tal-IUS.

X’inhuma l-effetti sekondarji tal-IUS?
Tista’ tħoss l-effetti sekondarji li ġejjin:

  • Xi nisa jistgħu jiżviluppaw ċesti funzjonali fl-ovarji.
  • Sensittività fis-sider.
  • Akne
  • Uġigħ ta’ ras
  • Nefħa ġenerali fil-ġisem.
  • Dardir
  • Dmija irregolari.
  • Nuqqas totali taċ-ċiklu tal-mestruwazzjoni.
  • Problemi fil-ġilda.

X’inhuma r-riskji tal-IUS?
Il-biċċa l-kbira tan-nisa jistgħu jużaw l-IUS, inklużi dawk li huma pożittivi għall-HIV. It-tabib tiegħek jiggwidak skont l-istorja medika tiegħek.

L-IUS tista’ ma tkunx adattata għalik f’każ ta’:

  • Tqala.
  • Dmija fil-parti ġenitali mhux eżaminata.
  • Tibdil tal-valv tal-qalb.
  • Anomalija konġenitali jew miksuba fl-utru li taffettwa l-parti ta’ fuq tal-utru, in-naħa l-oħra ta’ fejn hemm l-għonq.
  • Tumuri suspettati jew ikkonfermati fl-utru jew fl-għonq tal-utru.
  • Mard reċenti fiċ-ċelloli tal-utru ta’ persuna (trophoblastic disease).
  • Effetti sekondarji serji mis-COC, li m’għandhomx x’jaqsmu mal-estroġenu.
  • Mard tal-fwied, adenoma tal-fwied jew kanċer preżenti.
  • Infjammazzjonijiet u mard fil-vini preżenti minħabba embolu tad-demm (thrombophlebitis jew thromboembolic disorder).

Ir-riskji relattivi jinkludu:

  • Mard sistemiku kroniku.
  • Fatturi ta’ riskju minħabba mard fl-arterji.
  • Każijiet imgħoddija jew attwali ta’ mard serju fl-arterji.
  • Difetti severi fil-lipidi.
  • Suffejra kolestatika li tfeġġ ta’ spiss.
  • Kanċer minħabba l-isterojdi tas-sess, eż. kanċer tas-sider.
  • Ċesti funzjonali fl-ovarji fejn persuna jkollha tiddaħħal l-isptar.
  • Każijiet imgħoddija ta’ tqala barra mill-utru.
  • Mediċini li jistgħu jinterferixxu mal-effikaċja tas-sistema ta’ ġol-utru (fittex il-parir tal- ispiżjar jew tat-tabib jekk qed tieħu mediċini oħra).

X’għandek tiftakar:

  • It-tip ta’ IUS tiegħek.
  • Meta għandha titneħħa l-IUS.

Nista’ nara d-demm meta nibda l-IUS?
Bidliet fid-dmija u bugħawwieġ huma komuni. Mur għand it-tabib tiegħek jekk dawn il-bidliet qed idejquk.

Kif inkun naf jekk għandix infezzjoni?

  • Ikollok uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq.
  • Ikollok temperatura għolja.
  • Ikollok tisfira tinten.

Nista’ naqleb għal metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni?
Iva, tista’ tibdel għal metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni kull meta tixtieq. Tkellem mat-tabib tiegħek biex tiddiskuti aktar dwar kwalunkwe metodu affidabbli ieħor.

Jista’ jkolli IUS imwaħħal wara korriment?
L-IUS tista’ tiddaħħal immedjatament wara korriment.

Għadni kif kelli tarbija. Meta jista’ jkolli IUS imdaħħla?
IUS tista’ titwaħħal wara 4 sa 6 ġimgħat wara li twelled. Se jkollok bżonn ta’ kontraċezzjoni alternattiva minn 3 ġimgħat wara t-twelid sakemm tiddaħħal l-IUS. F’ċerti ċirkostanzi l-IUS tista’ wkoll tiddaħħal 48 siegħa wara t-twelid.

Huwa sikur li tuża IUS meta tkun qed tredda’ u ma taffettwax il-provvista tal-ħalib tiegħek.

Kemm għandi mmur għal vista ta’ spiss?
It-tabib tiegħek se jiggwidak meta jkun l-appuntament li jmiss tiegħek. Madankollu, tistenniex sal-appuntament li jmiss jekk:

  • Qbiżt mestruwazzjoni, jew taħseb li tista’ tkun tqila.
  • Jista’ jkollok STI jew HIV/AIDS.
  • Il-ħjut tal-IUS jidhru li biddlu t-tul tagħhom jew m’għadhomx hemm.
  • Għandek uġigħ qawwi fin-naħa t’isfel taż-żaqq.

Jekk għandi l-IUS, jien protetta minn Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment?
Le, il-kondoms tal-irġiel u tan-nisa biss (meta jintużaw b’mod korrett u konsistenti) jipproteġuk mill-STIs.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.