Ċirku Vaġinali

X’inhu ċ-ċirku vaġinali?
Iċ-ċirku vaġinali huwa ċirku tal-plastik flessibbli, trasparenti u artab li jitqiegħed ġewwa l-vaġina tiegħek, fejn jirrilaxxa żewġ ormoni (estroġenu u proġesterone).

Kif jaħdem iċ-ċirku vaġinali?
Iċ-ċirku kontinwament jirrilaxxa żewġ ormoni – estroġenu u proġesterone – fid-demm. Ċirku wieħed jipprovdi kontraċezzjoni għal xahar, għalhekk m’għandekx għalfejn taħseb dwaru kuljum.

Jipprevjeni t-tqala billi:

  • Iżomm milli sseħħ l-ovulazzjoni
  • Jagħmel l-endometriju mhux favorevoli għall-impjantazzjoni; l-endometriju jirqaq, u għalhekk ikun inqas probabbli li jaċċetta bajda fertilizzata
  • Jagħmel il-mukus ċervikali impenetrabbli għall-isperma

Kemm huwa effettiv iċ-ċirku vaġinali?
Meta jintuża b’mod korrett u skont l-istruzzjonijiet, huwa aktar minn 99% effettiv fil-prevenzjoni tat-tqala.

Meta nista’ nibda nużah iċ-ċirku?
Tista’ tibda tuża ċ-ċirku vaġinali fi kwalunkwe jum li tixtieq jekk ma tkunx tqila. Tħallih għal 21 jum u tneħħih għal waqfa mingħajr ċirku vaġinali ta’ 7 ijiem. Matul din il-waqfa, tibqa’ protetta mit-tqala. Wara l-waqfa, trid iddaħħal ċirku ġdid għal 21 jum ieħor u tirrepeti ċ-ċiklu. Dejjem iddiskuti dawn l-għażliet mat-tabib tiegħek u ara liema mod hu l-aħjar għalik.

  • Jekk tibdih fl-ewwel jum tal-period mestrwali (iċ-ċiklu), tkun protetta minnufih.
  • Jekk tibda tużah fi kwalunkwe ħin ieħor fiċ-ċiklu mestrwali tiegħek, ikollok bżonn protezzjoni addizzjonali bħal kondoms għall-ewwel 7 ijiem li tkun qed tużah.

Jista’ jkollok sess u tuża tampon jew menstrual cup waqt li ċ-ċirku jkun fil-vaġina tiegħek. Int u s-sieħeb tiegħek għandkom mnejn tħossuh iċ-ċirku matul is-sess.

Kif nista’ nużah iċ-ċirku vaġinali?
Iċ-ċirku huwa mfassal biex jagħtik ‘withdrawal period’ (li ma jkunx il-period tas-soltu tiegħek). Madankollu, jista’ jkun li tixtieq tużah b’mod differenti. Dejjem iddiskuti dawn il-possibiltajiet mat-tabib tiegħek u ara liema mod hu l-aħjar għalik. Eżempju ta’ dan huwa kif ġej:

Il-Mod Standard
Uża ċirku ġdid darba fil-ġimgħa, kull ġimgħa għal 21 jum. Imbagħad għandek tieqaf tuża ċ-ċirku għall-4 jew is-7 ijiem li jmiss. Għandu jseħħ il-‘withdrawal period’ waqt il-waqfa ta’ mingħajr ċirku. Ibda ċirku ġdid fil-5 jew fit 8-jum, anki jekk tkun għadek qed tara d-demm.

Inkun protetta fil-jum meta ma jkollix iċ-ċirku?
Iva, tkun protetta jekk qed tuża ċ-ċirku skont l-istruzzjonijiet.

Kif indaħħlu ċ-ċirku?

  • Aħsel idejk.
  • Agħfas iċ-ċirku bejn is-saba’ l-kbir u l-werrej u bil-mod daħħal il-ponta fil-vaġina tiegħek.
  • Poġġi ċ-ċirku fil-vaġina bil-mod sakemm tħossu komdu.
  • Ara li ċ-ċirku jkun għadu hemm billi tħossu b’subgħajk (iċ-ċirku ma jistax jintilef fil-vaġina).

Kif nista’ nneħħih iċ-ċirku?
It-tneħħija taċ-ċirku m’għandhiex tikkawża uġigħ. Jekk tara d-demm, tħoss xi uġigħ, jew ma tistax toħorġu, ara t-tabib tiegħek minnufih.

  • Aħsel idejk.
  • Poġġi sebgħek fil-vaġina u aqbad it-tarf taċ-ċirku.
  • Iġbed iċ-ċirku ‘l barra bil-mod.
  • Matul l-intervall fejn ma jkollokx ċirku, tista’ tara demm bħal tal-period.

X’jiġri jekk joħroġ iċ-ċirku?
Jekk joħroġ, għandek tara:

  • Kemm kien ilu fuqek iċ-ċirku qabel ma nqala’.
  • Kemm ikun ilu li ħareġ.

Xenarju 1:
Jekk inqas minn 48 siegħa minn meta ħareġ iċ-ċirku

  • Daħħlu lura malajr kemm jista’ jkun u żomm iċ-ċirku sal-waqfa ta’ bla ċirku li jmiss.
  • Jekk tinsab fl-ewwel ġimgħa wara l-waqfa ta’ bla ċirku, m’hemmx bżonn ta’ kontraċezzjoni addizzjonali sakemm iċ-ċirku jkun intuża b’mod korrett f’din il-ġimgħa u fis-7 ijiem ta’ qabel il-waqfa mingħajr ċirku.
  • Jekk tinsab fi kwalunkwe ġimgħa oħra, m’hemmx bżonn ta’ kontraċezzjoni addizzjonali jekk iċ-ċirku jkun intuża b’mod korrett.

Xenarju 2:
Jekk ikun ilu barra għal 48 siegħa jew aktar

  • Daħħlu lura malajr kemm jista’ jkun u żomm iċ-ċirku sal-waqfa ta’ bla ċirku li jmiss.
  • Jista’ jkollok bżonn kontraċezzjoni addizzjonali bħal kondoms jew li tevita s-sess sakemm iċ-ċirku jagħmel 7 ijiem ġewwa jew jekk tkun għadek għaddejja mis-7 ijiem tal-waqfa ta’ bla ċirku.

Hemm xenarji oħra speċjalment jekk iċ-ċirku jkun ilu ġewwa għal aktar minn 21 jum (3 ġimgħat). Kellem lit-tabib tiegħek għal parir u assistenza. Jista’ jkollok bżonn kontraċezzjoni addizzjonali jew tevita s-sess kompletament jew tagħmel użu mill-kontraċezzjoni ta’ emerġenza f’każ ta’ sess mhux protett.

Insejt inneħħih wara l-21 jum.
Jekk iċ-ċirku jkun ilu ġewwa għal 7 ijiem wara l-21 jum:

  • Neħħih malli tiftakar.
  • Ibda l-waqfa ta’ bla ċirku ta’ 7 ijiem.
  • Wara s-7 ijiem ta’ waqfa, poġġi ċirku ġdid.
  • Jista’ jkun li ma tkunx teħtieġ kontraċezzjoni addizzjonali.

Jekk iċ-ċirku jkun ilu ġewwa għal aktar minn 7 ijiem wara l-21 jum:

  • Neħħih malli tiftakar.
  • Poġġi ċirku ġdid.
  • Uża kontraċezzjoni addizzjonali jew evita s-sess kompletament.

Insejt nitfa’ wieħed ġdid.

  • Poġġi ċirku ġdid hekk kif tiftakar.
  • Uża kontraċezzjoni addizzjonali għas-7 ijiem li jmiss.

X’inhuma l-vantaġġi taċ-ċirku vaġinali?

  • M’għandekx għalfejn taħseb dwarha kuljum, anki jekk qed tirremetti jew għandek id-dijarea.
  • Faċli biex jiddaħħal u jitneħħa.
  • Ma jinterrompix matul is-sess.
  • Inaqqas il-periods tqal jew li jikkawżaw l-uġigħ – jagħmel il-period aktar regolari.
  • Tista’ tgħin fis-sintomi ta’ qabel il-mestruwazzjoni.
  • Jitnaqqas ir-riskju ta’ xi tipi ta’ kanċer.
  • L-ebda effett fit-tul fuq il-fertilità.
  • Jgħin bil-problemi tal-PCOs (sindromu poliċistiku tal-ovarji).

X’inhuma l-iżvantaġġi taċ-ċirku vaġinali?

  • Tista’ ma tħossokx komda ddaħħlu jew taqilgħu mill-vaġina tiegħek.
  • Uġigħ ta’ ras temporanju, dardir, sensittività fis-sider u bidliet fil-burdata.
  • Dmija irregolari għall-ewwel ftit xhur.
  • Xi mediċini jistgħu jagħmlu ċ-ċirku inqas effettiv (kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu kwalunkwe mediċina ġdida li tista’ tinteraġixxi maċ-ċirku vaġinali tiegħek).
  • Trid tiftakar biex tibdel iċ-ċirku u tpoġġi wieħed ġdid.

X’inhuma r-riskji taċ-ċirku vaġinali?
Ir-riskji kollha għandhom jiġu diskussi mat-tabib tiegħek qabel ma tibda kontraċettiv ġdid. Iċ-ċirku vaġinali jista’ jkollu l-effetti sekondarji li ġejjin:

  • Emboli tad-demm b’riskju għoli (trombożi profonda tal-vina/arterja) jekk:
    • Hija l-ewwel sena li tuża l-istikka.
    • Tpejjep.
    • Għandek piż żejjed.
    • Għandek trombofilja (tendenza ta’ koagulazzjoni tad-demm).
    • Ma tistax tiċċaqlaq (immobbli) jew tuża siġġu tar-roti.
    • Vini varikużi severi.
    • Għandek id-dijabete.
    • Tbati minn migranja.
    • Membru tal-familja qarib li kellu attakk tal-qalb, puplesija, jew emboli tad-demm qabel l-età ta’ 45 sena.

Ir-riċerka tissuġġerixxi wkoll li min juża ċ-ċirku vaġinali għandu riskju miżjud żgħir ta’ kanċer tas-sider u kanċer ċervikali.

Importanti li tkellem lit-tabib tiegħek malli tħoss dawn is-sintomi li ġejjin:

  • Uġigħ fis-sider.
  • Nefħa bl-uġigħ f’riġlejk.
  • Dgħufija u tnemnim fid-driegħ jew fir-riġel.
  • Uġigħ ta’ ras jew migranja mhux tas-soltu.
  • Ma tibdiex tinftiehem f’daqqa waħda jew diffikultajiet oħra biex titkellem.
  • Problemi fil-vista.

N.B. Barra minn hekk, għid lit-tabib tiegħek li qed tuża ċ-ċirku vaġinali anki f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Min jista’ juża ċ-ċirku vaġinali?
Mhux kulħadd jista’ juża ċ-ċirku vaġinali. Il-prattikant mediku tiegħek jeħtieġ li jkun jaf l-istorja medika tiegħek u informazzjoni oħra relatata mal-mard. Jekk m’għandekx waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew kwalunkwe raġuni medika oħra, tista’ tuża ċ-ċirku vaġinali. Madankollu, iċ-ċirku jista’ ma jkunx adattat għalik jekk:

  • Tpejjep u għandek aktar minn 35 sena.
  • Għandek 35 sena jew aktar u waqaft tpejjep inqas minn sena ilu.
  • Għandek piż żejjed jew tiżen aktar minn 90kg.
  • Qed tieħu ċerti mediċini.
  • Qed tredda’ tarbija ta’ anqas minn 6 ġimgħat.
  • Għandek/kellek jew xi membru immedjat tal-familja tiegħek li kellu trombożi fil-vina jew arterja qabel l-età ta’ 45 sena.
  • Mard tal-qalb jew puplesija.
  • Anormalitajiet tal-qalb.
  • Pressjoni għolja.
  • Problemi ta’ ċirkolazzjoni.
  • Awra tal-emikranja.
  • Kanċer tas-sider jew għandek ġene assoċjata mal-kanċer tas-sider.
  • Dijabete b’kumplikazzjonijiet.
  • Ilek immobbli għal perjodu twil ta’ żmien (bħal meta tuża siġġu tar-roti).
  • Tkun f’altitudni għolja (aktar minn 4,500 m) għal aktar minn ġimgħa.

Iċ-ċrieki jista’ jinqasam jew jinkiser fil-vaġina?
Huwa rari ħafna u mhux probabbli li ċ-ċirku jinkiser. Kun ċert li tneħħi ċ-ċirku miksur u daħħal wieħed ġdid minnufih. Kompli ċ-ċiklu kif kont qed tagħmel.

Jekk nieħu mediċini oħra, dan se jaffettwa ċ-ċirku vaġinali tiegħi?
Antibijotiċi
Antibijotiċi użati b’mod komuni ma jaffettwawx iċ-ċirku vaġinali. L-antibijotiċi rifampicin u rifabutin (mediċini li jikkuraw it-tuberkulożi u l-meninġite) jistgħu jnaqqsu l-effettività tal-pillola kkombinata. Jista’ jkollok bżonn kontraċezzjoni addizzjonali bħal kondoms waqt li tieħu l-antibijotiku jew xi żmien wara. Antibijotiċi oħra m’għandux ikollhom effett.

Mediċina kontra l-epilessija u l-HIV, u l-kura ta’ St John Wort
Dawn it-tipi ta’ mediċini jissejħu indutturi tal-enżimi (hekk kif iħaffu t-tkissir tal-ormoni mill-fwied tiegħek) u jistgħu jagħmlu l-pillola inqas effettiva.

Nara d-demm meta nibda ċ-ċirku vaġinali?
Iva, komuni ħafna fil-bidu. Ara li tkun qed tuża ċ-ċirku vaġinali skont l-istruzzjonijiet. Jekk qed tara d-demm aktar min-normal jew hija xi ħaġa li m’intix komda biha, kellem lit-tabib tiegħek.

Nista’ naqleb għal metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni?
Iva, tista’ tbiddel iċ-ċirku għal kontraċettiv ieħor. Kellem lit-tabib tiegħek għal parir u gwida kif xieraq.

Nista’ noħroġ tqila meta nneħħi ċ-ċirku vaġinali?
Meta tieqaf tuża ċ-ċirku, il-fertilità tiegħek terġa’ lura għal dak li huwa normali għalik. Jista’ jkun li ma jkollokx period minnufih, imma terġa’ lura għan-normal fi żmien ftit xhur.

Nista’ nuża stikka kontraċettiva wara korriment?
Tista’ tapplika l-istikka kontraċettiva immedjatament wara korriment.

Għadni kif kelli tarbija. Meta nista’ nibda ċ-ċirku vaġinali?
Normalment tista’ tibda tuża ċ-ċirku mill-21 jum wara li tkun wellidt, jekk ma tkunx qed tredda’. Jekk bdejt wara 21 jum, għandek bżonn kontraċezzjoni addizzjonali bħal kondoms biex tipproteġik mit-tqala, jew li tevita s-sess kompletament għas-7 ijiem li jmiss. Iċ-ċirku jista’ jaffettwa l-produzzjoni tal-ħalib minn sidrek. Għalhekk, m’għandekx tibda ċ-ċirku qabel it-tarbija jkollha 6 ġimgħat.

Se nżid fil-piż?
Ir-riċerka ma turix li tiżdied fil-piż bi stikka kontraċettiva. Żieda fil-piż tista’ tkun minħabba żamma ta’ fluwidu u raġunijiet oħra li m’għandhomx x’jaqsmu mal-użu tal-istikka.

Kemm għandi mmur għal vista ta’ spiss?
It-tabib tiegħek se jipprovdi gwida dwar l-appuntament li jmiss. It-tabib jista’ jkollu bżonn jiċċekkja l-pressjoni tad-demm u l-piż tiegħek darba fis-sena, madankollu, tistenniex l-appuntament li jmiss jekk:

  • Taħseb li tista’ tkun tqila.
  • Jista’ jkollok STI jew HIV/AIDS.
  • Tesperjenza uġigħ sever fin-naħa t’isfel taż-żaqq.
  • Tara dmija jew xi sintomu ieħor imsemmi fir-riskji taċ-ċirku vaġinali.

Jekk għandi l-istikka kontraċettiva, jiena protetta minn Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment?
Le, il-kondoms tal-irġiel u n-nisa biss (meta użati b’mod korrett u konsistenti) jipproteġuk mill-STIs.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.