Epatite B u D

X’inhi l-epatite (hepatitis)?
L-epatite hija infjammazzjoni tal-fwied. Hemm tipi differenti ta’ epatite, iżda din l-informazzjoni se tiffoka biss fuq l-Epatite B u D (Hepatitis B & D).

X’inhi l-Epatite B?
Il-virus tal-Epatite B jikkawża infezzjoni fil-fwied li tista’ tkun akuta jew kronika. L-Epatite B Akuta sseħħ meta persuna tkun ġiet infettata għal inqas minn 6 xhur, b’sintomi li jvarjaw minn ebda sintomu, sintomi ħfief, sa sintomi severi u li jkunu jeħtieġu dħul fl-isptar. Xi nies jeħilsu mill-virus, u b’hekk isiru immuni u ma jkunux jistgħu jerġgħu jaqbdu l-marda. L-Epatite B Akuta tista’ twassal għall-Epatite B kronika. Ir-riskju li persuna tiżviluppa infezzjoni kronika jiddependi fuq l-età tal-persuna meta tiġi infettata. Aktar ma tkun żgħira fl-età l-persuna infettata, aktar ikun probabbli li tiżviluppa infezzjoni kronika. Madwar 90% tat-trabi infettati bl-Epatite B jiżviluppaw infezzjoni kronika, filwaqt li 2 sa 6% tal-adulti jiżviluppaw infezzjoni kronika tal-Epatite B. L-infezzjoni kronika ddum aktar minn 6 xhur u tibqa’ għal għomrok. L-Epatite B kronika tista’ twassal għal problemi serji tas-saħħa, fosthom: ħsara fil-fwied, ċirrożi (il-fwied jinfjamma, iċ-ċelloli jiddeġeneraw, u se jkun hemm tħaxxin fibruż tat-tessut tal-fwied), kanċer tal-fwied, u possibbiltà ta’ mewt.

X’inhi l-Epatite D?
Il-virus tal-Epatite D iseħħ biss f’individwi infettati bil-virus tal-Epatite B. Dan għaliex huwa virus mhux komplut u jeħtieġ il-funzjoni ta’ għajnuna tal-virus tal-Epatite B biex jirreplika. Dan jista’ jwassal kemm għal infezzjonijiet akuti kif ukoll kroniċi. Persuni li għandhom infezzjonijiet kroniċi tal-Epatite B u D jiżviluppaw kumplikazzjonijiet aktar ta’ spiss u aktar malajr minn dawk b’infezzjoni kronika tal-Epatite B biss.

X’inhuma s-sintomi tal-Epatite B u D?
Is-sintomi tal-Epatite B ivarjaw ħafna minn ħfief għal severi, u normalment iseħħu bejn xahar u erba’ xhur. It-tfal jista’ ma jkollhomx sintomi. Is-sintomi jinkludu:

Hepatitis liver. Symptoms of hepatitis B in the form of color icons with corresponding marks. Vector illustration in flat style isolated on white background.

Kemm idumu sintomi tal-Epatite B?
Dan jiddependi fuq jekk l-infezzjoni tkunx akuta jew kronika.

  • L-infezzjoni tal-Epatite B Akuta ddum inqas minn 6 xhur.
  • L-infezzjoni tal-Epatite B kronika ddum 6 xhurjew aktar. Tagħmel dan minħabba li s-sistema immunitarja tiegħek ma tkunx tista’ tiġġieled kontra l-infezzjoni. Din tista’ ddum għal għomrok, li jirriżulta f’ċirrożi u kanċer tal-fwied.

Kemm idumu s-sintomi tal-Epatite D?
L-epatite akuta sseħħ meta jkun hemm infezzjoni simultanja bil-viruses tal-Epatite B u D, li twassal għal epatite ħafifa sa severa jew saħansitra fulminanti, iżda l-irkupru huwa normalment komplut u l-iżvilupp tal-Epatite D kronika huwa rari (inqas minn 5% tal-epatite akuta).

Is-superinfezzjoni sseħħ meta l-Epatite D tinfetta persuna diġà infettata b’mod kroniku bil-virus tal-Epatite B. Is-superinfezzjoni taċċellera l-progressjoni għal marda aktar severa fl-etajiet kollha u f’70–90% tal-persuni. Dan jaċċellera wkoll il-progressjoni għaċ-ċirrożi kważi għaxar snin qabel l-infezzjoni tal-Epatite B waħedha, minkejja li trażżan ir-replikazzjoni tal-Epatite B.

Hemm tipi differenti ta’ Epatite B u D?
Hemm 4 tipi ta’ Epatite B, magħrufa bħala ġenotipi, ikklassifikati bħala A sa D. Il-ġenotip D huwa l-aktar komuni fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

Hemm 8 ġenotipi tal-Epatite D, ikklassifikati bħala 1 sa 8. Il-ġenotip 1 huwa l-aktar komuni fid-dinja tal-Punent. Dan għandu riskju akbar ta’ insuffiċjenza tal-fwied meta mqabbel mal-Epatite B.

Kif jinfirex il-virus tal-Epatite B?

  • Trażmissjoni minn omm għal wild (l-aktar komuni).
  • Kuntatt ma’ demm jew fluwidi tal-ġisem infettati.
  • Rapport sesswali mhux protett ma’ persuna infettata.
  • Il-qsim ta’ labar għall-injezzjoni tad-drogi.
  • Ġrieħi mis-siringi.
  • Ikun hemm membru infettat id-dar/fil-familja.

Min huwa f’riskju ta’ infezzjoni?
L-epatite B tista’ taffettwa kwalunkwe grupp ta’ età:

  • Sħab sesswali ta’ individwi infettati.
  • Irġiel li jkollhom sess ma’ rġiel (MSM).
  • Kuntatti d-dar/fil-familja ma’ persuni infettati.
  • Fornituri tal-kura tas-saħħa.
  • Persuni li jgħixu b’infezzjoni tal-HIV.

Jeżisti trattament?

  • L-immunoglobulini tal-epatite B għandhom jingħataw fi żmien 12 siegħa mill-esponiment.
  • Jekk jiġi ddeterminat li tbati minn infezzjoni akuta, jista’ jkun li ma tkun teħtieġ l-ebda kura.
  • Jekk ikun hemm infezzjoni kronika, jista’ jkun hemm bżonn ta’ kura għall-bqija tal-ħajja ta’ persuna. Dan jista’ jiġi diskuss aktar mat-tabib tiegħek.

Kif tista’ tiġi evitata?
L-aħjar mod biex tiġi evitata l-Epatite B huwa billi titlaqqam, u huwa rrakkomandat li t-tfal kollha mill-età ta’ 12-il xahar ‘il quddiemgħandhom jingħataw dan il-vaċċin, ħlief trabi b’riskju għoli li l-vaċċin għandu jingħatalhom mat-twelid.

Meta tivvjaġġa lejn żoni fejn huma komuni l-infezzjonijiet tal-Epatite B u D, tlaqqam qabel il-vjaġġ. Għal aktar informazzjoni dwar il-vaċċini għall-ivvjaġġar, jekk jogħġbok żur: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/phc/pchyhi/Pages/Travel-Vaccination.aspx.

Miżuri preventivi oħra jinkludu:

  • Qatt m taqsam labar jew oġġetti oħra ma’ persuni oħra li jinjettaw id-droga fil-vini.
  • Taqsamx oġġetti għall-kura personali, bħal toothbrushes u xfafar.
  • L-użu tal-kondoms fil-każ ta’ attività sesswali ma’ sħab multipli.
  • L-użu ta’ ingwanti, maskri u protezzjoni għall-għajnejn fil-każ tal-fornituri tal-kura tas-saħħa.
  • Tfittex l-għajnuna medika immedjatament jekk kien hemm esponiment possibbli għall-infezzjoni tal-Epatite B.

Vaċċini disponibbli f’Malta
Ikklikkja hawn (ħolqa għall-vaċċini) għal aktar informazzjoni dwar it-tilqim

Appoġġ u Kuntatti għal aktar informazzjoni kkuntattja

Riżorsi użati:

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/hepatitis-b

https://www.cdc.gov/hepatitis/hbv/index.htm

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/hepatitis-d

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.