Vaċċin tal-Mpox

Il-vaċċin:

  • Il-vaċċin li qed jingħata kontra l-infezzjoni Mpox jismu JYNNEOS
  • JYNNEOS huwa vaċċin indikat għall-prevenzjoni tal-ġidri (smallpox) u l-marda Mpox f’adulti ta’ 18-il sena ‘l fuq li huma determinati li jinsabu f’riskju għoli għall-infezzjoni tal-ġidri (smallpox) jew Mpox
  • Il-vaċċin mhuwiex liċenzjat għall-użu f’nisa tqal u f’individwi ta’ inqas minn 18-il sena
  • Kull individwu għandu jingħata żewġ dożi b’28 jum bejniethom
  • L-ogħla livell ta’ immunità huwa mistenni li jintlaħaq 14-il jum wara t-tieni doża tal-vaċċin JYNNEOS. Kemm iddum l-immunità wara żewġ dożi ta’ JYNNEOS mhix magħrufa
  • L-aktar reazzjonijiet komuni f’sit tal-injezzjoni huma uġigħ, ħmura, nefħa, ebusija, u ħakk; l-aktar reazzjonijiet avversi sistematiċi komuni huma uġigħ fil-muskoli, uġigħ ta’ ras, għeja, dardir, u tertir
  • Il-vaċċin tal-Mpox jista’ jingħata bħala Profilassi Qabel l-Esposizzjoni (PrEP) jew Proflassi Wara l-Esposizzjoni (PEP)
  • Profilassi Qabel l-Esposizzjoni (PrEP) tirreferi għall-għoti tal-vaċċin lil xi ħadd f’riskju għoli għall-mpox, biex jipprevjeni li jiġi infettat, qabel ma jkun ġie espost għall-virus
  • Profilassi Wara l-Esposizzjoni (PEP) tirreferi għall-għoti tal-vaċċin lil xi ħadd f’riskju għoli għall-mpox, biex jipprevjeni li jiġi infettat, wara li jkun ġie espost għall-virus
  • Individwi li diġà kellhom reazzjoni allerġika severa (eż., anafilassi) wara doża preċedenti ta’ JYNNEOS m’għandhomx jingħataw it-tieni doża
  • Għarraf lill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek jekk għandek storja ta’ reazzjoni allerġika severa (eż., anafilassi) wara gentamicin jew ciprofloxacin jew storja ta’ reazzjoni allerġika severa (eż., anafilassi) għall-proteina tat-tiġieġ jew tal-bajd U bħalissa qed tevita espożizzjoni għall-prodotti kollha tat-tiġieġ jew tal-bajd sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa
  • Għarraf lill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek jekk qed tesperjenza mard akut moderat jew sever, bi jew mingħajr deni, għax jista’ jkun meħtieġ li t-tilqima tiġi posposta sakemm tirkupra

X’inhi l-istrateġija attwali tal-vaċċin tal-Mpox f’Malta?

Il-vaċċin tal-Monkeypox bħalissa qed jiġi pprovdut b’xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa lil individwi meqjusa li huma f’riskju għoli li jiġu infettati bil-virus tal-Mpox, skont protokolli speċifiċi. Individwi li huma identifikati bħala ta’ riskju għoli se jiġu ggwidati fir-rigward tat-tilqim mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-vaċċin mhuwiex disponibbli għall-akkwist minn kliniċi privati/spiżeriji u mhuwiex disponibbli għal skopijiet ta’ vjaġġar.

Individwi li huma identifikati bħala kuntatti ta’ riskju għoli u għalhekk meqjusa eliġibbli għall-vaċċin tal-Mpox skont l-istrateġija attwali tat-tilqim tal-Monkeypox, se jiġu ggwidati mit-tim tal-Public Health tracing u appuntament għat-tilqim se jiġi bbukkjat għalihom mis-Saħħa Pubblika.

Jekk tissuspetta li jista’ jkollok kuntatt ma’ xi ħadd li għandu sintomi ta’ Mpox iżda li ma ġiex ikkonfermat bħala każ, huwa rakkomandat li tissorvelja lilek innifsek għal sintomi għal 21 jum mill-aħħar kuntatt u tastjeni minn kwalunkwe attività sesswali matul dan il-perjodu ta’ żmien. Jekk tiżviluppa xi sintomi għandek tissepara lilek innifsek immedjatament, tevita kuntatt fiżiku mill-qrib ma’ oħrajn u tastjeni minn attività sesswali. Għandek ukoll tikkuntattja lit-tabib ġenerali tiegħek, Ċentru tas-Saħħa fuq 2123 1231 / 2122 2444 jew il-GU Clinic fuq 2545 7494 biex tiddiskuti s-sitwazzjoni tiegħek.

Huwa importanti li tiftakar li dejjem għandek tieħu prekawzjonijiet meta tkun involut f’attività sesswali. Evita kuntatt mill-qrib ma’ kull min ikun qed juri xi sintomi u dejjem uża kondoms – għalkemm dawn ma jipprevjenux it-tixrid tal-Mpox waqt kuntatt sesswali, jipprevjenu t-trażmissjoni ta’ infezzjonijiet oħra trasmessi sesswalment.

Jekk għandek bżonn xi informazzjoni oħra jekk jogħġbok ikkuntattja l-Helpline fuq 111

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.