Chancroid

X’inhi chancroid?
Chancroid hija kkawżata mill-batterju Haemophilus ducreyi. Hija infezzjoni batterika trażmessa b’mod sesswali. Karatteristika ta’ chancroid hija l-preżenza ta’ ulċera fuq il-ġenitali tiegħek.

Kif nista’ nkun naf li għandi chancroid?

  • Chancroid tirriżulta f’ulċeri li jikkawżaw uġigħ assoċjati mal-“linfadenopatija reġjonali” (“regional lymphadenopathy”) li tinvolvi li l-parti madwar il-ulċera tkun kibret bħala riżultat tal-infezzjoni.
  • L-ulċera tidher bejn wieħed u ieħor wara 4 sa 10 ijiem wara s-sess ma’ persuna infettata.
  • Għall-ewwel, iż-żona infettata tkun qisha ponta. Il-ponta eventwalment tinfaqa’ u tifforma ulċera li tkun tweġġa’ u li li tkun irregolari fil-forma tagħha. Ħafna drabi jiżviluppaw bosta ulċeri.
  • Sintomi oħra li huma relatati ma’ chancroid jinkludu uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tisfija vaġinali, fsada rettali (ħruġ ta’ demm mill-musrana ta’ mal-patata), uġigħ meta tesperjenza movimenti tal-musrana u uġigħ waqt is-sess.
  • Il-chancroid hija l-aktar komuni fl-Asja, l-Afrika u l-gżejjer tal-Karibew.

X’testijiet jistgħu jitwettqu biex jiġi kkonfermat li għandi chancroid?
Jekk għandek ulċera fil-parti ġenitali li tugġhak u li qed tnixxi, dan jista’ jwassal għal dijanjożi ta’ chancroid. Madankollu, hemm bosta mard li jista’ jidher simili għall-chancroid bħall-erpete (herpes) ġenitali u s-sifilide.

It-tabib tiegħek ikun jista’ jagħmel dijanjożi ta’ chancroid billi jeżamina ż-żona ġenitali. Dijanjożi tista’ tiġi kkonfermata wara li jittieħed kampjun tal-fluwidu li jkun qed inixxi mill-ġerħa.

Hemm xi fatturi ta’ riskju għall-chancroid?

  • Jekk tkun sesswalment attiva.
  • Jekk tivvjaġġa lejn pajjiż barrani fejn il-chancroid hija aktar komuni.
  • Sess mhux protett.
  • Li jkollok aktar minn partner sesswali wieħed.

X’inhuma s-sintomi ta’ chancroid?
Sintomi esperjenzati minn persuni b’ġenitali maskili
Jista’ jkollok nefħa żgħira ħamra fuq il-ġenitali u li tista’ ssir ġerħa miftuħa fi żmien ġurnata. L-ulċera tista’ tkun preżenti fuq kwalunkwe parti tal-ġenitali inkluż fuq il-pene u l-iskrotum. Dawn l-ulċeri normalment iweġġgħu ħafna.

Sintomi esperjenzati minn persuni bil-ġenitali femminili
Persuna tista’ tiżviluppa erba’ nefħiet ħomor jew aktar fiż-żona ġenitali femminili inkluż fuq il-labja (it-tinja tal-ġilda madwar il-vaġina), bejn il-labja u l-anus jew fuq il-koxox.

Kif tista’ jiġi kkurata chancroid?

  • Chancroid tiġi ttrattata bl-antibijotiċi.
  • Importanti li tinforma lit-tabib tiegħek jekk tkun tqila jew qed tredda’ u jkollok chancroid. Dan għaliex jista’ jkollok bżonn tingħata antibijotiċi li jkunu sikuri matul it-tqala minflok l-antibijotiċi tas-soltu.

Il-partners sesswali tiegħek
Il-partners sesswali tal-pazjenti li jbatu minn chancroid għandhom jiġu eżaminati u kkurati wkoll jekk kienu f’kuntatt mal-pazjent 10 ijiem qabel ma bdew is-sintomi tal-pazjent.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet ta’ chancroid?

  • Jistgħu jiġu ffurmati konnessjonijiet bejn il-ġuf u strutturi oħra. Din tissejjaħ “fistula”.
  • Ġrieħi u farretti fiż-żona ġenitali.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lil GU Clinic fit-25457494/1 għal appuntament

Referenzi:

https://www.ncbi.nlm.nih.gov/books/NBK513331/

https://www.healthline.com/health/chancroid#risk-factors

https://www.cdc.gov/std/treatment-guidelines/chancroid.htm

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.