HTLV

X’inhi l-HLTV-1?
HTLV-1 hija taqsira għal Human T-Cell Lymphotrophic Virus Type 1. Hija infezzjoni tul il-ħajja kollha u ġeneralment tkun asintomatika għal għadd ta’ snin fil-biċċa l-kbira tal-persuni infettati bil-virus, qabel ma jibdew jidhru s-sintomi. Sfortunatament, dan jista’ jwassal għal mard serju f’xi pazjenti. F’Malta, l-HTLV-1 hijaa ta’ tħassib fost in-nies li ġejjin mill-Afrika sub-Saħarjana.

L-HTLV-1 tinsab fl-Amerika t’Isfel, il-Karibew, il-parti tan-Nofsinhar tal-Ġappun, u l-Papwa Ginea l-Ġdida (Papua New Guinea).

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju tiegħi għall-HTLV-1?

  • Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess
  • Illimita n-numru ta’ partners tiegħek
  • Evita s-sess jekk tkun fis-sakra jew użajt drogi illeċiti.
  • Taqsamx labar ma’ ħaddieħor.

Kif teħodha l-HTLV-1?
Tiġi trażmessa minn:

  • Sess mhux protett.
  • Demm.
  • Qsim ta’ labar ma’ persuni infettati.
  • Trażmissjoni vertikali: Hemm madwar 6 sa 35% trażmissjoni mill-omm lit-tarbija permezz tal-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, għandek jew tevita li tredda’, jew tillimita t-treddigħ għal mhux aktar minn 6 xhur. Huwa importanti li tiddiskuti dan mat-tabib jew il-qwiebel tiegħek.

Ma tistax tieħu l-HTLV-1 mit-tgħanniq, il-bews jew mit-tazzi ta’ xulxin.

X’inhuma s-sintomi tal-HTLV-1?
Il-marda tiżviluppa bil-mod u ġeneralment tieħu bejn 20 u 30 sena (għall-kuntrarju tal-HIV li tieħu bejn 5 u 10 snin) qabel ma jibdew jidhru s-sintomi. Ħafna ma juru l-ebda sintomu. Madwar 5% ta’ dawk infettati jiżviluppaw waħda minn dawn il-mardiet serji:

  • Lewċemija/linfoma taċ-ċellula T adulta:
    • Għeja.
    • Nodi limfatiċi minfuħa.
    • Deni bl-għaraq.
    • Raxx tal-ġilda.
    • Bidliet anormali fl-għadam.
    • Tumuri malinja aggressivi.
  • Parapareżi Spastika Tropikali (prinċipalment fil-Karibew) u Mjelopatija Assoċjati mal-HTLV (li tidher l-aktar fil-Ġappun):
    • Ebusija tal-muskoli.
    • Spażmi tal-muskoli.
    • Jibbies il-mod kif timxi.
    • Dgħufija fin-naħa t’isfel tal-ġisem.
    • Uġigħ fin-naħa t’isfel tad-dahar.
    • Problemi fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina u/jew l-ismaren.
    • Impotenza.
    • Tnemnim.
    • Riflessi attivi żżejjed.
  • Dermatite Infettiva:
    • Infezzjonijiet Staphylococcus jew Streptococcus rikorrenti fil-ġilda.
  • Uveite:
    • Il-kundizzjoni iġi f’daqqa, ħmura tal-għajnejn, uġigħ u vista mċajpra.
  • Polimijożite:
    • Uġigħ fil-muskoli.
    • Ebusija tal-muskoli.
    • Dgħjufija fil-muskoli prinċipalment fiż-żaqq, fl-ispallejn u fin-naħa ta’ fuq tad-dirgħajn, fil-ġenbejn.
    • Uġigħ fil-ġogi.
    • Ebusija tal-ġogi.
    • Taħbit tal-qalb irregolari.
    • Diffikultà biex tieħu n-nifs.
    • Diffikultà biex tibla’.

Kif nista’ nsir naf jekk għandix l-HTLV-1?
It-tabib jista’ jagħmel test tad-demm. Tista’ tiġi ttestjat/a għal STIs oħra peress li jista’ jkollok infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin. Tista’ tiġi ttestjat għal STIs oħra peress li wieħed jista’ jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.

Meta għandi niġi ttestjat/a?

  • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett
  • Jekk qed ikollok sess mhux protett ma’ aktar minn partner wieħed.
  • Tista’ ssir taf li għandek l-infezzjoni waqt li tkun qed tiġi ttestjat/a għal raġunijiet oħra, minħabba li bosta ma jkollhom l-ebda sintomu.

Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar l-HTLV-1?

  • Il-partners tiegħek jista’ jkollhom l-HTLV-1 ukoll.
  • Qis li tgħid lis-sieħeb/sieħba sesswali reċenti tiegħek sabiex ikunu jistgħu jiġu ttestjati u ttrattati. Jista’ jkollhom l-HTLV-1 mingħajr ma jkunu jafuha.
  • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lill-partners sesswali tiegħek b’mod kunfidenzjali

Kif tiġi ttrattata l-HLTV-1?
L-HTLV-1 hija infezzjoni tul il-ħajja kollha u ma hemm l-ebda trattament speċifiku għaliha. Il-kura tingħata skont is-sintomi u/jew is-sinjali tiegħek u tista’ tinkludi antivirali, kimoterapija jew kura oħra. Għandek tiddiskuti mat-tabib tiegħek.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lil GU Clinic fit-25457494/1 għal appuntament

Referenzi:

https://www.healthdirect.gov.au/htlv-1-infection

ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC2901658/

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.