Disturbi Psikjatriċi

Dipressjoni
Id-dipressjoni jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq l-espressjoni sesswali ta’ persuna, l-ewwel nett minħabba li d-diżinteress sesswali huwa sintomu komuni ta’ dipressjoni. Barra minn hekk, persuna tista’ tħossha iżolata mis-soċjetà u jekk tkun f’relazzjoni, mis-sieħeb tagħha, u dan jibqa’ jkollu impatt negattiv fuq ir-relazzjoni. Is-sodisfazzjon sesswali jonqos ukoll. Fil-bidu, xi nies isibuha diffiċli biex jittrattaw id-dipressjoni. Xi mediċini kontra d-depressjoni jistgħu jnaqqsu l-libido u jdewmu l-orgażmu. Madankollu, mhux l-antidipressivi kollha jaffettwaw bl-istess mod ix-xewqa sesswali. Għalhekk huwa importanti li jiġu diskussi għażliet differenti ma’ tabib. Alternattivament, il-psikoterapija tista’ tkun effettiva wkoll fit-trattament tad-dipressjoni u l-impatt tagħha.

Ansjetà
L-ansjetà hija relatata ma’ għadd ta’ disturbi sesswali, inkluż l-eġakulazzjoni prematura, l-eġakulazzjoni mdewma, l-anorgażmija (l-inabbiltà li jintlaħaq l-orgażmu f’dawk b’anatomija u fiżjoloġija tipika tan-nisa), tnaqqis fil-libido, disfunzjoni erettili, tnaqqis fit-tqanqil sesswali u iperesswalità (dipendenza sesswali).

Tista’ tintalab għajnuna minn tabib li jista’ jippreskrivi għadd ta’ medikazzjonijiet kontra l-ansjetà, jew inkella terapista jew counsellor. Dawn tal-aħħar jistgħu jgħinu lill-persuna tifhem il-kawża tal-ansjetà tagħha, kif din qed iħalli impatt fuq ħajjithom, u kif timmaniġġjaha.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.