Il-Pornografija

Il-pornografija jew il-porn normalment hija materjal sesswali espliċitu bħal films, kotba, stampi, u rivisti maħsuba biex iqanqlu persuna sesswalment. Illum il-ġurnata, il-pornografija online hija dejjem disponibbli u tista’ tkun aċċessibbli l-ħin kollu fi kwalunkwe post. Il-pornografija tista’ tikkawża problemi serji u tista’ twassal għal ideat qarrieqa dwar l-imġiba sesswali, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Il-pornografija tista’ wkoll tagħmel ħsara lill-mod kif in-nies jaraw lilhom infushom u kif jaġixxu mas-sħab sesswali tagħhom. Tista’ turi s-sess bħala sempliċement att fiżiku u mhux f’kuntest ta’ relazzjoni ta’ mħabba.

Sfortunatament, il-pornografija tista’ tintuża, speċjalment mill-ġenerazzjoni żagħżugħa, bħala mod ta’ tagħlim dwar is-sess. Tista’ tagħti ideat foloz u mhux realistiċi ta’ x’jiġri verament matul l-att sesswali, pereżempju, li jkun hemm ċerti aspettattivi u rwoli mis-sħab sesswali. Huwa faċli ħafna li min jara l-pornografija jiġi influwenzat, speċjalment iż-żgħażagħ, dwar l-aspettattivi tas-sess. Il-pornografija tista’ tibgħat messaġġi negattivi bħal li l-atti sesswali vjolenti huma normali u attraenti, jew li huma OK relazzjonijiet sesswali li fihom ċerti persuni m’għandhom l-ebda setgħa.

Ħadd m’għandu jħossu taħt pressjoni biex iwettaq u jinvolvi ruħu f’xi mġiba sesswali li ma jkunx komdu jew kuntent li jagħmilha. Fil-pornografija, tingħata l-impressjoni li l-persuni matul is-sess huma sbieħ u mogħnija fiżikament, anki fil-każ tal-organi ġenitali. Dan jagħti immaġni falza “perfetta” u “normali” ta’ x’għandha tkun persuna. Il-komunikazzjoni maż-żgħażagħ hija l-muftieħ biex tingħata l-informazzjoni korretta u biex jitwieġbu mistoqsijiet dwar is-sess/l-imġiba sesswali u r-relazzjonijiet. Il-kustodji u l-ġenituri għandhom ikunu konxji li l-pornografija tista’ tħalli effett fuq l-awtostima, il-mistħija tal-ġisem, il-pressjoni biex jitwettqu ċerti atti sesswali u żieda fl-awto-oġġettifikazzjoni.

Xi filmati pornografiċi ma jurux sess sikur u ħafna atturi mhumiex murija li jilbsu kondoms. Min-naħa l-oħra, xi drabi dawn l-atturi jiġu mġiegħla jkollhom kontrolli regolari għall-STI. Il-kondoms huma l-unika protezzjoni għat-trażmissjoni tal-STIs matul is-sess.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.