Sess Orali

Sess Orali

  • Is-sess orali huwa l-istimolu tal-vaġina jew tal-pene bl-użu tal-ħalq, ix-xufftejn jew l-ilsien.
  • Hemm ftit riskju ta’ infezzjoni tal-HIV mis-sess orali iżda infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment (STIs) bħall-herpes, il-gonorrea u s-sfilide jiġu mgħoddija faċilment.
  • Dan ir-riskju jista’ jitnaqqas billi jintlibsu l-kondoms jew bl-użu ta’ dental dam.
  • Ma tistax toħroġ tqila mis-sess orali.
  • Ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-HIV mis-sess orali huwa baxx ħafna sakemm il-persuna li tirċievi s-sess orali ma jkollhiex STI jew xi ferita fiż-żona ġenitali tagħha, jew sakemm il-persuna li tagħti s-sess orali ma jkollhiex feriti f’ħalqha jew fil-ħanek.
  • Jekk il-persuna li tgħix bl-HIV tkun fuq medikazzjoni u jkollha livelli intraċċabbli ta’ HIV, ma jkun hemm l-ebda riskju li tgħaddi l-virus.
  • Għandek tevita li jkollok sess orali jekk għandek feriti, qatgħat jew ulċeri fuq ħalqek jew ġenitali peress li dan iżid ir-riskju tat-trażmissjoni ta’ infezzjoni. Kemm jista’ jkun, evita li jkollok fluwidu vaġinali u semen f’ħalqek u tibilgħu. Huwa wkoll rakkomandabbli li tevita li taħsel snienek qabel is-sess orali, minħabba li l-ħniek jistgħu jdemmgħu jekk tixkupiljahom bis-saħħa.
  • Is-sess orali għandu jiġi evitat jekk ikollok xi titqib/piercings li jkunu għadhom ma fiqux jew infjammati fil-ħalq jew mal-ġenitali jew jekk ikollok infezzjoni fil-gerżuma.

Għandi jkolli sess orali?
Tħossokx taħt pressjoni biex twettaq is-sess orali jekk din il-prattika ma tapplikax għalik. Iddiskuti apertament mal-partner tiegħek dwar l-għażla tiegħek u jekk intix lest/a tesperimenta bis-sess orali. Tkellem dwar il-protezzjoni u tħossok imbarazzata li qed tipproteġi lilek innifsek u lill-partner. Is-sess orali xorta sess jibqa’, u f’idejk jekk tħossx li għandek tagħmlu jew le.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.