Gonorrea

X’inhi l-Gonorrea?
Il-Gonorrea hija infezzjoni trażmessa sesswalment (STI) ikkawżata minn batterji msejħa Neisseria Gonorreae jew gonococcus. Bl-Ingli, kienet magħrufa bħala ‘the clap’, u bil-Malti tissejjaħ ukoll ‘pixxikalda’. Spiss isseħħ fl-istess ħin bħall-klamidja.

Kif teħodha l-Gonorrea?

  • Kulħadd jista’ jeħodha l-Gonorrea. Hija komuni ħafna u tista’ tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali.
  • Jekk int tqila u għandek il-Gonorrea, tista’ tgħaddi l-infezzjoni lit-tarbija tiegħek waqt il-ħlas.
  • Ħafna drabi, din l-infezzjoni ma jkollhiex sintomi
  • Tista’ tgħaddi l-Gonorrea lil ħaddieħor mingħajr ma tkun taf.
  • Il-Gonorrea tista’ tiġi kkurata u mfejqa.
  • Jekk ma tikkurahiex il-Gonorrea, din tista’ jwassal għal problemi serji ta’ saħħa.
  • Anki jekk kellek il-Gonorrea qabel, xorta tista’ terġa’ teħodha.

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju tiegħi għall-Gonorrea?

  • Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess
  • Ittestja kemm ikun hemm bżonn
  • Illimita n-numru ta’ partners tiegħek
  • Tagħmilx see jekk tkun xurban/a jew tkun jew użajt drogi illeċiti.

N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess mhux se jipprevjeni l-STIs

X’inhuma s-sintomi tal-Gonorrea?
Tista’ ma tkunx taf li għandek il-Gonorrea iżda xorta tista’ tkun infettat/a u tgħaddi l-infezzjoni lil sħab sesswali oħra. Il-biċċa l-kbira tan-nies li għandhom il-Gonorrea ma jkunux jafu. Madankollu, tista’ tesperjenza:

Sintomi komuni għan-Nisa

  • Bidla fil-kulur (tisfija ħoxna ħadra, safranija), fir-riħa, jew żieda tat-tisfija mill-vaġina.
  • Demm bejn period u ieħor.
  • Uġigħ jew demm matul jew wara s-sess vaġinali.
  • Ħruq meta tgħaddi l-awrina.
  • Uġigħ jew skumdità fin-naħa t’isfel taż-żaqq.

Sintomi komuni għall-Irġiel

  • Ħruq meta tgħaddi l-awrina.
  • Tisfija mill-pene.
  • Ħruq jew ħakk madwar il-fetħa tal-pene.
  • Uġigħ fit-testikoli.

Kif nista’ nsir naf għandix il-Gonorrea?

  • Tista’ ċċempel lill-Klinika Ġenitourinarja fl-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-outpatients) fuq 25457494/1 għal appuntament.
  • It-tabib se jistaqsik għal kampjun tal-awrina u jistgħu jittieħdu kampjuni mill-griżmejn, miċ-ċerviċi, mill-anus jew mill-penis.
  • Tista’ tiġi ttestjat għal STIs oħra peress li wieħed jista’ jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.

Meta għandi niġi ttestjat/a?

  • Għandek tiġi ttestjat/a malli tesperjenza xi wieħed mimn dawn is-sintomi.
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess mhux protett ma’ aktar minn partner.

Il-batterji (bacteria) jinstabu prinċipalment fit-tisfija mill-pene u fil-fluwidu vaġinali.

Kif tiġi kkurata l-Gonorrea?

  • Il-Gonorrea tista’ tiġi ttrattata u kkurata bl-antibijotiċi.
  • Kun ċert li tlesti l-kors kollu tal-mediċini kollha. Taqsamhomx ma’ oħrajn.
  • It-tabib jinfurmak meta jkun jista’ jerġa’ jkollox attività sesswali. Importanti li ma jkollokx sess sakemm jtlesti l-kors tal-mediċini. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek. It-tul ta’ żmien tal-kura se jaffettwa ż-żmien ta’ meta jista’ jerġa’ jkollok is-sess.
  • Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk intix tqila peress li se jkollok bżonn antibijotiċi differenti.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-Gonorrea jekk ma tiġix ittrattata?
Fin-nisa
Il-Gonorrea tista’ tinfirex internament sa qiegħ il-pelvis u tikkawża infezzjoni – kundizzjoni magħrufa bħala l-Marda Inflammatorja tal-Pelvis (PID). Il-PID jista’ jwassal għal ġrieħi fit-tubi ta’ Fallopju (l-għenieqed tal-bajd) li jikkawżaw tqala ektopika (tqala barra mill-utru) u/jew infertilità.

Fl-irġiel
Il-Gonorrea tista’ tinfirex mill-uretra għat-testikoli u tikkawża uġigħ. Dan rarament iwassal għal problemi ta’ fertilità.

Dan jista’ jwassal għal infezzjoni serja fid-demm imsejħa settiċemija. Madankollu, jekk jiġu ttrattati kmieni, il-kumplikazzjonijiet kollha jistgħu jiġu evitati.

Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar il-Gonorrea?

  • Il-partners tiegħek jista’ jkollhom il-Gonorrea wkoll.
  • Qis li tgħid lill-partners sesswali reċenti tiegħek biex jiġu ttestjati u ttrattati. Jista’ jkollhom il-Gonorrea mingħajr ma jkunu jafu.
  • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lill-partners sesswali tiegħek b’mod kunfidenzjali
  • Jekk xi ħadd jikkondividi l-istatus tas-saħħa sesswali tiegħu miegħek, tiddejjaqx – anzi, irringrazzjahom! Int u l-partners tistgħu tiġu ttestjati u ttrattati!

Nista’ nerġa’ neħdoha l-Gonorrea wara li nkun ġejt ikkurata?
Iva, tista’ terġa’ teħodha l-Gonorrea. Tista’ teħodha minn partners sesswali li ma jkunux ittrattati.

Il-Gonorrea u t-tqala
L-infezzjoni tista’ tgħaddi wkoll minn mara tqila għat-tarbija tagħha waqt il-ħlas. Jekk int tqila u tinsab f’riskju li tiġi infettata bil-Gonorrea, importanti li tiġi ttestjata u kkurata qabel ma titwieled it-tarbija tiegħek.

Mingħajr kura, il-Gonorrea tista’ tikkawża għama permanenti, infezzjoni fil-ġogi, jew infezzjoni tad-demm li tkun ta’ theddida għall-ħajja ta’ tarbija tat-twelid.

Il-Gonorrea taffettwa r-riskju tiegħi li nieħu l-HIV?
Iva, il-Gonorrea żżid ir-riskju li tal-infezzjoni bl-HIV.

Kif tista’ tiġi evitata l-Gonorrea?
Il-Gonorrea u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b’suċċess bl-użu ta’ kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:

  • Bl-użu ta’ kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali.
  • Uża kondom biex tgħatti l-pene, jew dam latex jew tal-plastik biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
  • Taqsamx l-użu ta’ sex toys, inkella aaħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b’kondom ġdid qabel ma jużahom ħaddieħor

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lil GU Clinic fit-25457494/1 għal appuntament

Referenzi:

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/Gonorrhoea2019.pdf

https://www.bashhguidelines.org/media/1129/gonorrhoea-screen.pdf

https://www.cdc.gov/std/gonorrhea/default.htm

https://www.cdc.gov/std/gonorrhea/the-facts/default.htm

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.