Klamidja

X’inhi l-Klamidja?
Il-klamidja hija Infezzjoni Trażmessa Sesswalment (STI) ikkawżata minn batterju li jista’ jinfetta kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa.

Kif teħodha l-klamidja?

  • Kulħadd jista’ jeħodha l-klamidja. Hija komuni ħafna u tista’ tiġi trażmessa faċilment bis-sess vaġinali, orali u anali
  • Jekk int tqila u għandek il-klamidja, tista’ tgħaddi l-infezzjoni lit-tarbija tiegħek waqt il-ħlas
  • Il-biċċa l-kbira tan-nies li għandhom il-klamidja ma jkunx jafu li għandhom.
  • Ħafna drabi, din l-infezzjoni ma jkollhiex sintomi
  • Tista’ tgħaddi l-klamidja lil ħaddieħor mingħajr ma tkun taf
  • Il-klamidja faċli biex tiġi ttrattata u kkurata.
  • Jekk ma tittrattax il-klamidja, dan jista’ jwassal għal problemi serji ta’ saħħa
  • Anki jekk kellek il-klamidja qabel, xorta tista’ terġa’ taqbdek

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju tiegħi għall-klamidja?

  • Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess
  • Ittestja kemm ikun hemm bżonn
  • Illimita n-numru ta’ partners tiegħek
  • Tagħmilx sess jekk tkun fis-sakra jew użajt drogi illeċiti

N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess mhux se jipprevjeni l-STIs

X’inhuma s-sintomi tal-klamidja?
Tista’ ma tkunx taf li għandek il-klamidja iżda xorta tista’ tkun infettat/a u tgħaddi l-infezzjoni lil partners sesswali oħra. Il-biċċa l-kbira tan-nies li għandhom il-klamidja ma jkunux jafux li għandhom. Madankollu, tista’ tesperjenza:

F’persuni b’karetteristiċi femminili:

  • Aktar tisfija u u/jew bidla fil-kulur jew fir-riħa.
  • Sensazzjoni ta’ ħruq jew skumdità waqt li tkun qed tgħaddi l-awrina
  • Demm wara s-sess
  • Demm bejn period u ieħor jew periods tqal
  • Uġigħ addominali

F’persuni b’karatteristiċi maskili:

  • Sensazzjoni ta’ ħruq jew skumdità waqt li tkun qed tgħaddi l-awrina
  • Tisfija mill-pene
  • Sensazzjoni ta’ ħruq jew ħakk fil-ftuħ tal-pene
  • Skumdità/uġigħ u/jew nefħa fit-testikoli

Sintomi komuni jinkludu:

  • Uġigħ fir-rektum.
  • Demm mir-rektum.
  • Tisfija mir-rektum
  • Infezzjonijiet fl-għajnejn wara kuntatt ma’ tisfija ġenitali.

Kif nista’ nsir naf jekk għandix klamidja?

  • Tista’ ċċempel lill-GU Clinic l-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-Outpatients) fuq 25457491 jew 25457494 għal appuntament
  • It-tabib jista’ jagħmillek test tad-demm, jistaqsik għal kampjun tal-awrina, jew juża swab, li huwa test faċli u mingħajr uġigħ għall-klamidja. Tista’ tiġi ttestjat/a għal STIs oħra peress li jista’ jkollok infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.

Meta għandi niġi ttestjat/a?

  • Għandek tiġi ttestjat/a malli tesperjenza xi wieħed mis-sintomi elenkati hawn fuq.
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett
  • Jekk qed ikollok sess mhux protett ma’ aktar minn partner wieħed.

Kif tiġi ttrattata l-klamidja?

  • Il-klamidja tiġi ttrattata u kkurata bl-antibijotiċi.
  • Ara li tispiċċa l-kors tal-mediċini kollha. Taqsamhomx ma’ nies oħra
  • It-tabib se jinfurmak meta tista’ terġa’ tkun attiv/a sesswalment. Importanti li ma jkollokx sess sakemm titlesta l-kura. Il-kura tista’ tkun doża waħda jew tista’ tieħu aktar żmien. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek. It-tul ta’ żmien tal-kura se jaffettwa meta tkun tista’ terġa’ jkollok kuntatt sesswali.
  • Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk intix tqila peress li se jkollok bżonn antibijotiċi differenti.

Jista’ jerġa’ jkolli l-klamidja wara li nkun ġejt ikkurat/a?

  • Iva, tista’ terġa’ tiġi l-klamidja. Tista’ tittieħed minn partner sesswali mhux ittrattat

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-klamidja, jekk ma nkunx ittrattat/a?
F’persuni b’karatteristiċi femminili:

  • In-nisa jistgħu jiżviluppaw kumplikazzjonijiet bħall-Mard Inflammatorju Pelviku (PID). Il-klamidja tista’ tinfirex fl-utru jew fit-tubi ta’ Fallopju (it-tubi tal-bajd) u tikkawża PID. Is-sintomi tal-PID jinkludu: uġigħ addominali/pelviku (li jista’ jdum fit-tul), deni, u axxessi interni.
  • Din il-ħsara tista’ taffettwa ċ-ċans tiegħek li toħroġ tqila, inkluż billi tikkawża infertilità, jew twassal għal tqala ektopika (tqala barra l-utru jew fit-tubi).

F’persuni b’karatteristiċi maskili:

  • Tista’ jikkawża infjammazzjoni fl-epididimu u/jew fit-testikoli, li jistgħu jikkawżaw uġigħ u jikkawżaw deni.
  • Din l-infezzjoni tista’ tikkawża ħsara lill-uretra li twassal għal diffikultà biex tgħaddi l-awrina.
  • Rarament, dan jista’ jaffettwa l-fertilità, saħansitra jwassal għall-infertilità.

Kumplikazzjonijiet oħra jinkludu:

  • Is-Sindromu ta’ Reiter: forma ta’ artrite li twassal għal infjammazzjoni u nfiħ tal-ġogi.

Għandi ninforma llill-partner tiegħi dwar il-klamidja?

  • Il-partner tiegħek jista’ jkollu l-klamidja wkoll
  • Qis li tgħid lill-partners sesswali reċenti tiegħek biex jiġu ttestjati u ttrattati. Jista’ jkollhom il-klamidja mingħajr ma jkunu jafu
  • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lill-partners sesswali tiegħek b’mod kunfidenzjali
  • Jekk xi ħadd jikkondividi l-istatus tas-saħħa sesswali tiegħu miegħek, tiddejjqax – anzi, irringrazzjahom. Int u l-partner tistgħu tiġu ttestjati u ttrattati!

Il-klamidja u t-tqala
It-tarbija mhux imwielda ta’ omm tqila infettata bil-klamidja tista’ titwieled qabel iż-żmien u tista’ tiżviluppa infezzjonijiet fl-għajnejn jew pulmonite.

Il-klamidja taffettwa r-riskju tiegħi li niġi infettat/a bl-HIV?
Il-klamidja tista’ wkoll tiffaċilita t-trażmissjoni tal-HIV. L-infjammazzjoni ġenitali kkawżata mill-klamidja tista’ twassal għal grieħi mhux tas-soltu fit-tessut ġenitali, u toħloq siti potenzjali fejn il-virus tal-HIV jista’ jidħol fil-ġisem.

Kif tista’ tiġi evitata l-klamidja?
Il-gonorrea u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b’suċċess bl-użu ta’ kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:

  • Bl-użu ta’ kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali
  • Uża kondom biex tgħatti l-pene jew dam tal-plastic jew tal-latex biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
  • Taqsamx l-użu ta’ sex toys, inkella aaħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b’kondom ġdid qabel ma jużahom ħaddieħor

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lil GU Clinic fit-25457494/1 għal appuntament

Referenzi

https://www.cdc.gov/std/chlamydia/Chlamydia-FS.pdf

https://www.cdc.gov/std/chlamydia/the-facts/default.htm

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/ChlamydiaLeaflet2017.pdf

https://www.bashhguidelines.org/media/1133/ct-pil-screen-oct-2016.pdf

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.