Lymphogranuloma Venereum

X’inhi l-LGV?
L-LGV hija infezzjoni trażmessa sesswalment ikkawżata minn ċertu tip ta’ batterji tal-chlamydia trachomatis.

Kif teħodha l-LGV?

  • Kulħadd jista’ jeħodha l-LGV. Hija komuni ħafna u tista’ tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali.
  • Tista’ tgħaddi l-LGV lil oħrajn mingħajr ma tkun taf.
  • Tista’ jiġi ttrattata u mfejjaq.
  • Jekk ma tittrattax l-LGV, dan jista’ jwassal għal problemi serji tas-saħħa.
  • Anki jekk kellek l-LGV qabel, xorta tista’ terġa taqbdek.
  • Hija partikolarment komuni fost l-irġiel omosesswali, bisesswali u rġiel oħra li jkollhom is-sess mal-irġiel, speċjalment jekk ikun pożittiv għall-HIV.

Kif nista’ nnaqqas ir-riskju tiegħi għal-LGV?

  • Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess
  • Ittestja kemm ikun hemm bżonn
  • Illimita n-numru ta’ partners tiegħek
  • Evita s-sess jekk tkun fis-sakra jew użajt drogi illeċiti.

N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess ma jipprevjenix l-STIs

X’inhuma s-sintomi tal-LGV?
L-ewwel stadju:

  • Ferita jew boċċa mingħajr uġigħ tista’ tidher meta l-batterji jkunu ddaħħlu f’ġismek. Tista’ teħles minn din il-ferita mingħajr kura. Madankollu, dan it-tip jagħmilha aktar faċli biex jgħaddu infezzjonijiet oħra bħall-HIV, l-Epatite B jew l-Epatite C.

It-tieni stadju:

  • Glandoli limfatiċi minfuħa (ġimagħtejn sa sitt ġimgħat wara) fil-groin li jistgħu jiżviluppaw f’axxess u tisfija.
  • Sintomi simili għall-influwenza; deni, bard, tħossok marid, uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi.
  • Tisfija rettali kkontaminata bid-demm.
  • Stitikezza u sensazzjoni ta’ żvujtar mhux komplut tal-musrana (tenemus).
  • Uġigħ fir-rektum.

It-tielet stadju:

  • Jekk titħalla mhux ittrattata, nodi limfatiċi mifuħa wara l-widnejn, taħt ix-xedaq, u fl-abtejn.

Kif nista’ nsir naf jekk għandix l-LGV?

  • Tista’ ċċempel lill-GU Clinic l-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-Outpatients) fuq 21227981 għal appuntament.
  • It-tabib se jistaqsik biex tiġi eżaminat/a u se jkunu meħtieġa testijiet biex tiġi kkonfermata l-infezzjoni.
  • L-LGV jiġi ttestjat billi jittieħdu kampjuni bi swab mill-ferita fiż-żona ġenitali u/jew mir-rektum fl-irġiel li għandhom sess anali (u jsir test għall-klamidja). Dawn it-testijiet jintbagħtu lil laboratorju fejn se jiġu ttestjati.
  • Tista’ tiġi ttestjat għal STIs oħra peress li wieħed jista’ jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.

Meta għandi niġi ttestjat/a?

  • Jekk tesperjenza xi sintomi.
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett
  • Jekk qed ikollok sess mhux protett ma’ aktar minn partner wieħed.

Kif jiġi ttrattata l-LGV?

  • L-LGV tista’ tiġi ttrattata u kkurata bl-antibijotiċi.
  • Qis li tlesti l-mediċini kollha. Taqsamhomx ma’ oħrajn.
  • It-tabib jinfurmak meta jkun jista’ jerġa’ jkollox attività sesswali. Importanti li ma jkollokx sess sakemm jtlesti l-kors tal-mediċini. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek. It-tul ta’ żmien tal-kura se jaffettwa ż-żmien ta’ meta jista’ jerġa’ jkollok is-sess.
  • Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk intix tqila peress li se jkollok bżonn antibijotiċi differenti.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-LGV, jekk ma niġix ittrattat/a?
L-LGV x’aktarx li ma twassalx għal problemi fit-tul jekk tiġi ttrattata immedjatament. Madankollu, l-LGV mhux ittrattata tista’ tikkawża problemi serji tas-saħħa bħal ċikatriċi, deformità u uġigħ u kumplikazzjonijiet fit-tul għall-ġenitali, għar-rektum u għall-imsaren. Kumplikazzjonijiet oħra jinkludu l-artrite, l-uġigħ fis-sider, il-problemi fil-fwied, u rarament, l-infjammazzjoni tal-qalb jew tal-moħħ.

Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar l-LGV?

  • Il-partner tiegħek jista’ jkollu/ha l-LGV ukoll.
  • Qis li tgħid lill-partners sesswali reċenti tiegħek biex jiġu ttestjati u ttrattati. Jista’ jkollhom il-Gonorrea mingħajr ma jkunu jafu.
  • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lill-partners sesswali tiegħek b’mod kunfidenzjali

Nista’ nerġa’ neħodha l-LGV wara li ġejt ikkurat/a?
Iva, tista’ terġa’ teħdoha l-LGV. Tista’ teħodha minn sħab sesswali mhux ittrattati.

L-LGV jaffettwa r-riskju tiegħi li nieħu l-HIV?
Iva, l-LGV iżżid ir-riskju tal-infezzjoni bl-HIV.

Kif jista’ jiġi evitat l-LGV?
L-LGV u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b’suċċess bl-użu ta’ kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:

  • Bl-użu ta’ kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali.
  • Uża kondom biex tgħatti l-pene, jew dam latex jew tal-plastik biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
  • Taqsamx l-użu ta’ sex toys, inkella aaħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b’kondom ġdid qabel ma jużahom ħaddieħor

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lill-GU Clinic 25457494/1 għal appuntament.

Referenzi:

https://www.cdc.gov/std/tg2015/lgv.htm

https://www.bashhguidelines.org/media/1033/lgv_pil_digital_2_2015.pdf

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/LGVleaflet2017.pdf

https://www.ncbi.nlm.nih.gov/books/NBK537362/

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.