Sess Aktar Sikur

X’inhu s-sess aktar sikur (safe/r sex)?
Is-sess aktar sikur huwa l-prattika li tipproteġi lilek innifsek u lill-partner tiegħek minn infezzjonijiet u minn tqala mhux ippjanata.

Ftakar li s-sess aktar sikur jibda mill-bidunett – tkellem mal-partner sabiex tkunu żguri li t-tnejn li intom lesti għas-sess.

Is-sess aktar sikur kif jgħinni biex ma niħux STIs?
Prattiki sesswali aktar sikuri jistgħu jinkludu wkoll il-bews, il-massaġġi u l-masturbazzjoni reċiproka. Prattiki bħal dawn jistgħu jkunu parti mill-aspett pjaċevoli tal-attivitajiet sesswali ta’ koppja.

Jekk se jkollok att sesswali, tista’ żżomm lilek u lill-partner aktar sikuri billi tagħmel dan li ġej:

  • Dejjem uża kondom.
  • Uża l-istess kondom darba biss.
  • Agħmel test għall-STIs b’mod regolari.
  • Ħu l-PreP kif indikat – il-PreP tipprevjeni l-HIV biss.
  • Ma għandekx tagħmel sess jekk tissuspetta li int jew il-partner jista’ jkollkom STI.
  • Ma għandekx tagħmel sess jekk int jew il-partner għandkom ferita, ulċera jew boċċa viżibbli fuq iż-żona ġenitali jew anali tagħhom.
  • L-STIs jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-ġugarelli tas-sess Dejjem naddaf il-ġugarelli wara l-użu u aħsel idejk wara li tneħħi l-kondom. Uża l-ġugarelli tas-sess tiegħek stess u uża l-kondoms.
  • Evita l-użu eċċessiv ta’ drogi u alkoħol.
  • Tlaqqam għall-Epatite A, B u l-Virus tal-Papilloma tal-Bniedem.
  • Wettaq sess mhux penetrattiv bħall-masturbazzjoni reċiproka jew outercourse (N.B. il-masturbazzjoni jew l-outercourse xorta għandhom riskju ta’ esponiment għall-furrax, l-iskabbja, il-felul, jew tqala mhux mixtieqa. Kwalunkwe ħaġa li tinvolvi kuntatt ġenitali mal-ġilda jew il-kondiviżjoni ta’ fluwidi sesswali tista’ tittrażmetti l-STIs. Jekk is-semen jiġi fuq vulva matul l-outercourse, tista’ sseħħ it-tqala).

Kif teħodha STI?
L-STIs huma infezzjonijiet li jgħaddu minn persuna għal oħra waqt attività sesswali inklużi:

Sess aktar sikur ifisser li tieħu passi biex tipproteġi lilek innifsek u lill-partner sesswali tiegħek mill-STIs matul is-sess.

Nista’ nuża l-lubrikant biex nagħmlu s-sess aktar sikur?
Il-lubrikanti jistgħu jagħmlu s-sess aktar sikur, u fl-istess ħin iżidu l-kumdità u l-pjaċir. Il-frizzjoni li sseħħ matul is-sess tista’ tikkawża irritazzjoni u anke tiċrit żgħir fuq il-ġilda. Il-frizzjoni tista’ wkoll twassal biex li l-kondoms jinkisru aktar faċilment, u dan jagħmilha aktar faċli għall-STIs biex jidħlu f’ġismek. Il-biċċa l-kbira tal-kondoms huma prelubrikati, madankollu jekk tixtieq iżżid aktar, ara li l-lube li tuża jkun sikur biex jintuża bil-kondoms. Il-lubrikanti bbażati fuq l-ilma huma rakkomandati. Lubrikanti bbażati fuq iż-żejt jew ġellijiet oħra bħal lozjonijiet, żejt tat-trabi u xama’ jistgħu jkissru l-latex tal-kondom u jirritawlek il-ġenitali.

L-użu ta’ lubrikanti matul is-sess anali huwa rrakkomandat ħafna. Għall-kuntrarju tal-vaġina, l-anus mhuwiex lubrikat. Mingħajr lubrikazzjoni, is-sess anali jista’ jkun ta’ uġigħ u jistgħu jseħħu faċilment irritazzjonijiet u tiċrit fl-anus u fir-rektum, li għal darb’ oħra jistgħu jpoġġuk f’riskju għall-STIs u l-HIV.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.