Rimming

Rimming

  • Rimming huwa sess orali-anali.
  • Jista’ tkun parti minn kwalunkwe relazzjoni sesswali.
  • Ir-rimming iseħħ bil-mess u/jew bil-bews taż-żona madwar l-anus, inkluż il-perinew (iż-żona tal-ġilda bejn il-ġenitali u l-anus).
  • Xi nies jużawha bħala opportunità biex jirrilassaw qabel is-sess anali.
  • Huwa rakkomandabbli li tinħasel sew qabel u wara r-rimming.
  • Tmurx mill-anus għall-vaġina peress li dan jista’ jittrasferixxi l-batterji u jikkawża l-infezzjoni.
  • Il-kuntatt orali-anali jżid ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-E.coli li tista’ tikkawża l-gastroenterite. Bl-istess mod, razez oħra ta’ E.coli li jistgħu jgħaddu mill-anus għall-vaġina li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet urinarji u STIs inklużi l-Epatite A, B u C, HPV, Gonorrea, Klamidja u LGV.
  • Barra minn hekk, peress li l-intern tal-anus jospita batterji intestinali, il-kuntatt orali-anali jġib miegħu riskju għal Giardia u kundizzjonijiet intestinali oħra bħal Shigellosis. L-użu ta’ dental dams, kondoms tal-ilsien, kondoms maqtugħa* u l-lubrifikazzjoni se jnaqqsu ħafna l-probabbiltà ta’ trażmissjoni tal-STIs u infezzjonijiet oħra. Anke anus li jkun għadu kemm inħasel jista’ jġorr mikroorganiżmi infettivi speċjalment jekk tirrimja lil xi ħadd li ma nħasilx qabel, jew li qed isofri minn dijarea.
  • Oqgħod attent għal ħalqek, tirrimjax jekk għandek mard tal-ħanek, ulċeri jew qatgħat jew jekk għadek kemm ħsilt snienek jew ifflossjajt.

*N.B:

  • Uża mqassijiet li jaqtgħu biex taqta’ sew il-ponta minn mal-kondom.
  • Aqta’ mal-qiegħ tal-kondom eżatt fuq ix-xifer.
  • Aqta’ tul naħa waħda tal-kondom.
aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.